qawl.mt

QWIEL MALTIN

Il-prudenza
u s-sens komun

Is-sens komun jiggwidak, il-prudenza ssalvak.

Fejn ma tafx tindaħalx.

Jekk ma tafx biżżejjed dwar is-suġġett jew is-sitwazzjoni mela tgħid xejn u tagħmel xejn.

Il-ftit ma jxebbax.

Bħal meta tiekol ftit u ma tixbax, hekk ukoll ċerti affarijiet jitolbu iżjed minn ftit sforz biex jirnexxu.

Il-ħafi għama.

Min ma jiħux il-prekawzjonijiet neċessarji jkollu jbati l-konsegwenzi, bħal min joħroġ ħafi barra.

Il-lejl għal-lpup.

Toħroġx tiġri barra billejl, evita l-periklu. Lpup huwa l-plural ta’ lupu.

Is-self ħu t-telf.

Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int.

Ix-xejn xejn.

Fid-dinja ħu pjaċir ukoll bl-affarijiet żgħar u tajbin li jiġrulek.

Kull laqxa tirfed l-imramma.

Anke l-iżgħar affarijiet jgħinu biex jimxi x-xogħol jew issir xi ħaġa ikbar. L-imramma tfisser ħajt wiesa’.

Kull reħma għajnuna.

Anke l-iżgħar affarijiet jgħinu biex jimxi x-xogħol jew issir xi ħaġa ikbar. Reħma tfisser mogħdrija.

Min imur bil-mod jasal kmieni.

Min jagħmel l-affarijiet bil-galbu u bil-qies ma jdumx ma jasal fejn jixtieq; min jipprova jgħaġġel, jieħu l-iżbalji u jaħli iżjed ħin.

Min isemmnek joqtlok.

Min joqgħod ifaħħrek u jżiegħel bik ikun jew qed jistenna xi ħaġa mingħandek, jew jispiċċa jittradik wara li jużak.

Min jerfa’ jsib.

Faddal il-flus u tarmix bl-addoċċ għax ma tafx x’għad tiġi bżonn.

Min jislef jitlef.

Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int.

Min jixrob l-ilma ma jagħlix.

Min jevita x-xorb alkoħoliku, wara ma jiddispjaċihx ta’ xi azzjoni li jkun għamel jew kelma li jkun qal meta kien fis-sakra.

Min jixrob l-ilma ma jilgħabx.

Min jevita x-xorb alkoħoliku, wara ma jiddispjaċihx ta’ xi azzjoni li jkun għamel jew kelma li jkun qal meta kien fis-sakra.

Mitt xejn qatlu ħmar.

Ħafna affarijiet żgħar u ħżiena jagħmlu iżjed ħsara minn ħaġa waħda kbira u ħażina.

Qatt tkakki fejn ixxommu.

Tagħmilx affarijiet ħżiena fejn taf li se tinqabad jew jarak min jafek, għax tbati l-konsegwenzi fit-tul.

Qatt tqiegħed il-bajd kollu f’bixkilla waħda.

Ir-riskji li tieħu (finanzjarji, eċċ.) jew l-isforzi li tagħmel m’għandhomx imorru fuq ħaġa waħda. Dan biex jekk ħaġa waħda partikolari tmur ħażin, l-affarijiet l-oħra ma jkun ġralhom xejn.

Riħ imb riħ jirbaħ il-master.

Meta għandek lagħaba bl-istess ħila (riħ imb riħ), ma jirbaħ ħadd. Il-master tfisser il-logħba, jiġifieri l-l-logħba tkun rebħet fuq il-lagħaba.

Taħseb ħasba u toħroġ għażba.

Minkejja li tkun għamilt minn kollox biex l-affarijiet imorru kif tixtieq, mhux dejjem l-affarijiet jirnexxu. Ħasba tfisser pjan u għażba tfisser imdejjaq.

Tgħidx minn dan l-ilma ma nixrobx.

Titkaża b’ħadd għax għada tkun int li tagħmel dak li qed titkaża bih illum. Bl‑istess mod, tiksirha minn ma’ ħadd għax ma tafx min għad tiġi bżonn.

Tgħidx tiegħek il-ħlewwa qabel ma tkun ġewwa.

Titwebbilx li se jkollok xi ħaġa qabel ma tassew tiksibha, bħal meta l-bidwi m’għandu garanzija ta’ xejn qabel ma jaħsad l-uċuħ tar-raba’ minħabba maltemp, vendikazzjonijiet, eċċ.

Tħobb ħaġa u tobgħod oħra.

Fid-dinja ma jistax ikun kollox: daqqa tiġina tajba u daqqa tiġina ħażina. Bl-istess mod, ma tistax tikkuntenta lil kulħadd f’daqqa.

Waqt il-berqa aqbeż għall-qargħa.

Aħtaf kull okkażjoni tajba li tiġik għax jaf ma terġax tiġi fil-futur. Il-berqa malajr tgħaddi u l-ħalliel għandu ftit sekondi biex jaħtaf il-qargħa mill-għalqa u jitlaq jiġri biha.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.