Il-munxar għana u l-qaduma ħala.Kun effiċjenti, bħas-serrieq (= munxar) li huwa iżjed effiċjenti mill-mannara (= qaduma).
Min jislef jitlef.Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int.
Min isemmnek joqtlok.Min joqgħod ifaħħrek u jżiegħel bik ikun jew qed jistenna xi ħaġa mingħandek, jew jispiċċa jittradik wara li jużak.
Min jidħol bejn il-basla u qoxritha jibqa’ b’riħitha.Tindaħalx fejn ma jesgħekx għax inti tmur minn taħt.