Min jidħol għall-piż jeħtieġ joqgħod għalih.Min jintriga b'xi ħaġa minn jeddu, jeħtieġ li jagħmilha sal-aħħar.
Il-ġuħ iġiegħlek tiekol kollox.Meta jkollok bżonn xi ħaġa ma taħsibhiex darbtejn, taqbad u tagħmilha.
Aħseb dejjem x’jiġri wara għax ta’ wara ma ġġibux ‘il quddiem.Żomm f'moħħok il-konsegwenzi ta' azzjonitek qabel tagħmel xi ħaġa.
Erba’ għajnejn aħjar minn tnejn.Meta jkun hemm aktar minn persuna waħda tiċċekkja biċċa xogħol, hemm aktar ċans li jinqabdu l-iżbalji.
Min imur bil-mod jasal kmieni.Min jagħmel l-affarijiet bil-galbu u bil-qies ma jdumx ma jasal fejn jixtieq; min jipprova jgħaġġel, jieħu l-iżbalji u jaħli iżjed ħin.