L-iltim m’għandux bżonn min jgħallmu jibki.Lil min bata iżjed minnek fil-ħajja tippretendix li ser tgħallmu x'inhi t-tbatija. Iltim jiġifieri orfni.
Aħjar għasfur f’idejk milli mija fl-ajru.Aħjar ikollok iċ-ċertezza li xi ħaġa hija tiegħek, milli ma jkollok ebda ċertezza fuq ħafna affarijiet.
Min jagħmel il-ħarrieġa bil-ħsieb, xi darba jagħmel xi ħaġa fuqha.Kulħadd jagħmel li jagħmel bi skop f'moħħu. Ħarrieġa hija xkaffa tal-ġebel.