Min jittiekel għal ħwejjeġ niesu, b’rasu jdur.Min jittama f'ħaddieħor u jserraħ fuqu jiżbalja; tiddependi fuq ħadd.
Min idum jagħżel u jiħtar ikollu jaqa’ għall-agħar.Min jittratieni u jdum ma jieħu deċiżjoni jkollu jbati l-konsegwenzi.
Il-borma tal-ġar tfuħ aktar minn tad-dar.L-affarijiet ta’ ħaddieħor dejjem se jidhru aħjar minn tiegħek.