Anke l-iżgħar affarijiet jgħinu biex jimxi x-xogħol jew issir xi ħaġa ikbar. Reħma tfisser mogħdrija.
Qwiel relatati
La tpoġġix il-karettun qabel iż-żiemel.
L-affarijiet agħmilhom bil-galbu waħda wara l-oħra, b'mod ordnat.
Min ma jgħixx bil-ftit, ma jgħixx bil-wisq.
Min mhux kapaċi japprezza l-affarijiet iż-żgħar, mhux kapaċi japprezza l-affarijiet il-kbar.
Jekk trid il-ħaġa magħmula sewwa, agħmilha int.
Biex ħaġa ssir skont l-aspettattivi tiegħek, aqbad u agħmilha inti.
L-aħjar toqtol żewġ għasafar bi skartoċċ wieħed.
Aħjar teħles żewġ affarijiet f'daqqa kif tkun fiż-żifna.
Dur, dur, dur madwar in-nassa, fl-aħħar il-ġurdien jidħol fl-ingassa.
Min jersaq wisq viċin tal-periklu xi darba se jweġġa'.
