Min jislef jitlef.Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int.
Jekk trid il-ħaġa magħmula sewwa, agħmilha int.Biex ħaġa ssir skont l-aspettattivi tiegħek, aqbad u agħmilha inti.
Is-siġra ma tagħmilx frott barra minn żmienha.Fid-dinja kollox f'ħinu u f'waqtu, bħaċ-ċiklu tan-natura.
Aħjar għasfur f’idejk milli mija fl-ajru.Aħjar ikollok iċ-ċertezza li xi ħaġa hija tiegħek, milli ma jkollok ebda ċertezza fuq ħafna affarijiet.