Min joqgħod jagħżel u jiħtar, fl-aħħar jaqa’ fil-pantar.Min mhux kapaċi jieħu deċiżjoni jispiċċa jbati. Jiħtar tfisser ikun irid jagħżel l-aqwa, u pantar tfisser tajn.
It-tħollija ta’ xi ħaġa mil-lum għall-għada ma tasal qatt.Il-prokrastinazzjoni ma twasslek imkien - aqbad u agħmel li għandek tagħmel.