Trid tieħu inizjattiva inti biex l-affarijiet isiru, inkella qabbad lil xi ħadd kapaċi.
Minn tifla joħorġu żewġt iħtien.
Ilqatt żewġ affarijiet f'daqqa. Ħtien huwa l-plural ta' ħaten (ħu martek).
Kategoriji: il-familja | is-sens komun
Qwiel relatati
Min jidħol għall-piż jeħtieġ joqgħod għalih.
Min jintriga b'xi ħaġa minn jeddu, jeħtieġ li jagħmilha sal-aħħar.
Min jittiekel għal ħwejjeġ il-ħaj, il-ħela għalih ġej.
Min jittama f'ħaddieħor u jserraħ fuqu jiżbalja; tiddependi fuq ħadd.
La tkun fiż-żifna jkollok tiżfen.
Jeħtieġ li tadatta għal kull ċirkostanza fil-ħajja.
Għaddi dejjem mnejn jgħaddi l-ħmar u ma jibdilekx.
Jekk tagħmel bħal ħaddieħor ma tiżbaljax.
Il-lejl għal-lpup.
Toħroġx tiġri barra billejl, evita l-periklu. Lpup huwa l-plural ta' lupu.
