Kulma tagħti n-natura ma jistax jitreġġa’ lura.In-natura tiddetta kollox hi minn kull aspett - kemm ikollna enerġija u saħħa, inkunux f'saħħitna jew morda, il-kulur tal-għajnejn u x-xagħar, eċċ.
Il-fuħħara li ġġelġel hija mxiegħra.Trid taċċetta li tagħmel x'tagħmel ser issir il-ħsara. Fuħħara tfisser reċipjent tal-fuħħar u mxiegħra tfisser li tkun ixxaqqet.
Is-self wisq drabi jinbidel f’telf.Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int.