L-iltim m’għandux bżonn min jgħallmu jibki.Lil min bata iżjed minnek fil-ħajja tippretendix li ser tgħallmu x'inhi t-tbatija. Iltim jiġifieri orfni.
Kull laqxa tirfed l-imramma.Anke l-iżgħar affarijiet jgħinu biex jimxi x-xogħol jew issir xi ħaġa ikbar. L-imramma tfisser ħajt wiesa'.
Ma beżax għal tiegħu, aħseb u ara kemm jibża’ għal tal-oħrajn.Min mhux kapaċi jibża' għall-affarijiet tiegħu, ma jibżax għall-affarijiet tal-oħrajn.