La toqgħodx fuq l-għatba u lanqas fuq is-senduq għax minn hemm bla ħsieb iqajmuk.Jeħtieġ tibża' għall-affarijiet ta' ħaddieħor ukoll.
Jekk trid il-ħaġa ssir mur int, u jekk ma tridx ibgħat.Trid tieħu inizjattiva inti biex l-affarijiet isiru, inkella qabbad lil xi ħadd kapaċi.
It-tħollija ta’ xi ħaġa mil-lum għall-għada ma tasal qatt.Il-prokrastinazzjoni ma twasslek imkien - aqbad u agħmel li għandek tagħmel.
Mietet b’uliedha u lanqas ma ħalliet ġliedha.Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int. Ġliedha tfisser il-ġilda tagħha.