Jekk għandek xi ħaġa x'tagħmel agħmilha minnufih.
L-għajn trid sehemha.
Importanti li tattira l-attenzjoni tan-nies fuq xi ħaġa billi tagħmilha attraenti.
Kategoriji: is-sens komun
Qwiel relatati
Min imur bil-mod jasal kmieni.
Min jagħmel l-affarijiet bil-galbu u bil-qies ma jdumx ma jasal fejn jixtieq; min jipprova jgħaġġel, jieħu l-iżbalji u jaħli iżjed ħin.
Min jiżloq fin-niexef jikxef għawaru.
Min jieħu żball meta ma jkollux għalfejn, jaqa' għaċ-ċajt. Għawaru tfisser is-sigrieti tiegħu.
Aħrab il-ħażin qabel iġġarrbu.
Evita li tgħaddi minn esperjenza ħażina.
Għall-magħmul m’hemmx kunsill.
Issa li sar sar, għalxejn toqgħod tinkwieta.
Ara u erġa’ ara qabel ma taqbeż.
Aħsibha sew qabel tieħu deċiżjoni.
