Il-ħaġa tkun taf kemm tiswa meta tiġi bżonnha.Taqbadx u teħles minn xi ħaġa, għax għad jasal il-mument li tiġi bżonnha.
Kull laqxa tirfed l-imramma.Anke l-iżgħar affarijiet jgħinu biex jimxi x-xogħol jew issir xi ħaġa ikbar. L-imramma tfisser ħajt wiesa'.
Kulħadd irid il-ħniena u l-Ħniena fit-triq tar-Rabat.Ħadd ma jħenn għalik fid-dinja. Il-Kappella tal-Ħniena tinsab fit-triq tar-Rabat, Għawdex.
Min jislef jitlef.Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int.
Il-ħafi għama.Min ma jiħux il-prekawzjonijiet neċessarji jkollu jbati l-konsegwenzi, bħal min joħroġ ħafi barra.