Ara li dak li hu tiegħek tgawdih int, mhux tħalli lil ħaddieħor igawdih hu minflokok.
Min jikriha joqgħod għaliha.
Meta jaqbel qabbel.
Aħtaf kull okkażjoni tajba li tiġik biex tmur minn fuq.
Min jidħol għall-piż jeħtieġ joqgħod għalih.
Min jintriga b'xi ħaġa minn jeddu, jeħtieġ li jagħmilha sal-aħħar.
Min jidħol bejn il-basla u qoxritha jibqa’ b’riħitha.
Tindaħalx fejn ma jesgħekx għax inti tmur minn taħt.
Jew tiekol jew issaffar.
Ma tistax tleħħaq ma' kollox f'salt.
Il-wiċċ li jindara bil-ħara jinxtara.
Il-kunfidenza żejda ġġib nuqqas ta' rispett.
Il-ftit tajjeb u jgħallem bħall-wisq.
Jekk il-ftit li tieħu jkun tajjeb, mela xorta tkun moqdi.
Min ifaħħar irid jieħu.
Min joqgħod ifaħħrek ikun qed jistenna xi ħaġa mingħandek.
Min ikun bil-ġuħ jiekol kollox.
Min m'għandux għażla jkollu joqgħod għal kollox.
Bin-nies ma tistax tboss.
Ma tistax tagħmel li trid għax in-nies jgħidu bik.
Kull regola għandha l-eċċezzjoni tagħha.
Qatt ma hemm xejn assolut.
Il-lejl għal-lpup.
Toħroġx tiġri barra billejl, evita l-periklu. Lpup huwa l-plural ta' lupu.
Aħsibha qabel ma tagħmilha.
Żomm f'moħħok il-konsegwenzi ta' azzjonitek qabel tagħmel xi ħaġa.
Imżaqq tajjeb isemmen.
L-ikel (= imżaqq) tajjeb iħaxxen.
Aħjar uff inkella aħħ.
Aħjar tonfoħ bid-dwejjaq milli tokrob bl-uġigħ.
Dak li jidħol fil-wiżna ma jidħolx fil-qantar.
L-affarijiet iż-żgħar ma jagħmlux differenza meta jitqiesu fil-kuntest tal-affarijiet il-kbar.
Iż-żejjed imbidded.
Uża l-moderazzjoni f'dak kollu li tagħmel. Imbidded tfisser imxerred.
Imżaqq tajjeb isemmen.
L-ikel (= imżaqq) tajjeb iħaxxen.
Min jiddawwar ma jilħaqx.
Min jasal tard ikollu joqgħod għal dik li jsib, m'għandux għażla.
Il-ħaġa f’waqtha tajba.
Agħmel li għandek tagħmel mill-ewwel u taħlix żmien.
Il-fuħħara li ġġelġel hija mxiegħra.
Trid taċċetta li tagħmel x'tagħmel ser issir il-ħsara. Fuħħara tfisser reċipjent tal-fuħħar u mxiegħra tfisser li tkun ixxaqqet.