Meta tagħti lili u nagħti lilek, la taħraq nar u lanqas seffud.Meta nagħtu rigal lil xulxin, niġu qisna ma tajna xejn. Seffud huwa virga tal-metall li tintuża fit-tisjir il-forn jew fuq in-nar.
Il-ġuħ iġiegħlek tiekol kollox.Meta jkollok bżonn xi ħaġa ma taħsibhiex darbtejn, taqbad u tagħmilha.
Fid-dinja kollox jista’ jkun.Ħadd mhu speċjali, jista’ jiġrilek kull ħaġa li tista’ tiġri lil ħaddieħor.
Min jagħmel b’bixkilla jagħmel b’qartalla.Min kapaċi jagħmel xi ħaġa żgħira, kapaċi jagħmel xi ħaġa ikbar. Bixkilla hija qoffa, u qartalla hija qoffa kbira.