Is-self ħu t-telf.Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int.
Min joqgħod pass lura qatt ma jagħli.Min iqis l-affarijiet qabel ma jgħid jew jagħmel xi ħaġa, jew sempliċement iżomm is-skiet, qatt ma jiddispjaċih.
Kull barrani jibża’ minn ta’ qattagħni.Meta ma nkunux f'post jew sitwazzjoni li mdorrijin fiha, nibżgħu u noqogħdu iżjed attenti.
Il-magħmul tqisu tista’ imma le ssewwih.Issa li sar sar, għalxejn toqgħod tinkwieta għax ma tistax treġġa' kollox lura.