La tpoġġix il-karettun qabel iż-żiemel.L-affarijiet agħmilhom bil-galbu waħda wara l-oħra, b'mod ordnat.
Kieku u kien qatt ma nstabu flimkien.Issa li sar sar, għalxejn toqgħod tinkwieta fuq dak li seta' kien.
La tgħoddx il-flieles qabel ifaqqsu.Qabel ma tħalli l-ħsibijiet tiegħek jiġru bik, qis il-fatti kollha u stenna sal-aħħar.
Il-ħaġa tkun taf kemm tiswa meta tiġi bżonnha.Taqbadx u teħles minn xi ħaġa, għax għad jasal il-mument li tiġi bżonnha.