Faċli iżjed tiżbalja milli ġġibha tajba.
Is-siġra ma tagħmilx frott barra minn żmienha.
Fid-dinja kollox f'ħinu u f'waqtu, bħaċ-ċiklu tan-natura.
Kategoriji: is-sens komun
Qwiel relatati
Bormot ġarek tfuħ aktar minn ta’ darek.
L-affarijiet ta' ħaddieħor dejjem se jidhru aħjar minn tiegħek.
Għal musmar titlef in-nagħla.
Għal ħaġa mhi xejn tispiċċa titlef kollox.
Min jerfa’ jsib.
Faddal il-flus u tarmix bl-addoċċ għax ma tafx x'għad tiġi bżonn.
Jiswa wisq aktar il-ħmar tiegħek miż-żiemel ta’ ħaddieħor.
Apprezza li għandek, anke jekk forsi inqas minn ta' ħaddieħor.
Ħajri ma nagħtihx lil għajri.
M'iniex ser nissagrifika l-kuntentizza tiegħi għal ħaddieħor.
