Dan is-sit web għadu qed jinbena!


Qawl hu dak li aħna nsejħu wkoll "proverbju" u, fi kliem ieħor, hu l-għerf miġbur fi ftit, ta’ żmenijiet imgħoddija, il-għaqal, id-dehen ta’ missirijietna, li għarfu jisiltu mill-għamil, il-ġrajjiet ta’ kuljum, tagħlim sabiħ u ta’ fejda għall-ħajja. Il-qawl Malti hu għalhekk bin iż-żmien, bħall-għaqal u l-għerf; u ma twelidx fostna f’daqqa waħda, imma matul snin ta’ tiġrib, snin ta’ taħbit għal għajxien fil-gżejjer fqar tagħna, snin ta’ taqbid ma’ għedewwa barranin, kif turi ġrajjietna. Kull żmien iħalli xi tagħlima tiegħu li tolqot il-ħajja, u, b’hekk, jikber dejjem il-għadd tal-qwiel, li issa ħafna minnhom qodma qegħdin jintesew, oħrajn ma jiftehmux sewwa.
Ġużè Aquilina
qawl.mt huwa bla ħlas, iżda l-manutenzjoni tiegħu xorta tiswa l-flus. Kull donazzjoni, żgħira kemm tkun żgħira, hija apprezzata ferm. Grazzi bil-quddiem tal-għajnuna!
qawl.mt is free, but its maintenance still comes at a cost. Every donation, however small, is highly appreciated. Thanks in advance for your help!
Jannar
Twelid fl-ewwel ta’ Jannar hu mfakkar minn kull kampnar.
Min jitwieled fl-Istrina xortih tajba għax ikun għadu żmien il-festi.Jannar il-bajtar għajnejn il-far.
F’Jannar il-bajtar ikun għadu wisq żgħir, bħal għajnejn il-far.Aħjar il-bard ta’ Jannar mix-xemx li ma ssaħħanx.
Xemx li ma ssaħħanx ma fihiex gost. Aħjar il-bard.Jannar daħħal lilek u lil għajrek ġewwa d-dar.
Jannar dejjem jitrekken id-dar.
F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.F’Jannar u Frar, l-ixkubetta ħalliha d-dar.
Il-kaċċa tieqaf f’Jannar u Frar.
Dehxa ta’ Jannar fawra minn lewn in-nar.
Id-dehxa ta’ Jannar tirreferi għall-ħożba, li biha jitilgħulek ħafna tikek ħomor.Jannar dejjem jitrekken id-dar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.F’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew l-isptar.
Il-kesħa u l-mard ta’ Jannar jagħtu kedda lix-xjuħ.F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar.
Jannar kiefer u Frar għandu d-dwiefer.
F’Jannar u Frar jagħmel temp ikrah.
In-nar jirreferi għall-beraq u s-sajjetti.F’Jannar il-ġidra agħtiha ʼl-ħmar.
Il-ġidra tixrief f’Jannar u ma tkunx tajba għall-ikel.Jannar bardan. Meta jsib l-art liebsa jneżżagħha, u meta ma jsibhiex liebsa jlibbisha.
It-temp ta’ Jannar jeqred il-ħdura, iżda n-natura xorta terġa’ tnibbet.
Jannar il-qasba jmiddha fl-art.
Il-qasab jinqata’ f’Jannar.Ix-xahar ta’ Jannar ma jħallix qattusa d-dar.
Il-qtates jitgħammru f’Jannar.Jannar xott, il-bidwi għani.
Ħafna xita f’Jannar tirvina l-uċuħ tar-raba’, għalhekk aħjar ikun xott għall-bidwi.Is-sajf ta’ Jannar, għana tal-bidwi u tal-fqar.
Meta f’Jannar jagħmel temp sabiħ igawdu kemm il-bdiewa kif ukoll il-foqra.Iżra’ l-kemmun f’Jannar u bigħu bil-qantar.
Il-kemmun għandu jinżara’ f’Jannar biex jagħti bil-kotra.
Frar
Frar fawwar jimla l-bjar.
Tagħmel ħafna xita fi Frar.Fellus ta’ Frar, brodu u fran.
L-għattuqa ta’ Frar tajba ħafna għall-ikel.Frar fawwar, jekk ma toħroġ ix-xemx filgħodu, toħroġ ma’ nofsinhar.
Frar fawwar, il-bidwi għana fid-djar.
Frar fawwar, kull xitla bin-nwar.
Fi Frar ikun hemm xi ftit xemx, bi tħejjija għar-rebbiegħa.Frar silef tnejn lil Jannar u daħħlu bin-nagħaġ ġol-għar.
Skont superstizzjoni Maltija, f’sena biżestili (ta’ 366 jum) il-bidwi jmur ħażin f’xogħlu.
F’Jannar u Frar, l-ixkubetta ħalliha d-dar.
Il-kaċċa tieqaf f’Jannar u Frar.Jannar kiefer u Frar għandu d-dwiefer.
F’Jannar u Frar jagħmel temp ikrah.Fi Frar il-kaboċċi tiha ’l-ħmar.
Il-kaboċċi mhumiex tajbin għall-ikel fi Frar.Fi Frar it-tin bajtar isir daqs widnejn il-far.
It-tin ikun għadu wisq żgħir fi Frar.
Fi Frar ix-xita billejl u xogħol binhar.
Fi Frar tkun ix-xita billejl u taħdem binhar.
Fi Frar ix-xita tagħmel billejl u l-bidwi jaħdem fl-għalqa matul il-ġurnata.Fi Frar jindaqqu l-ġlieġel.
Il-karnival jiġi fi Frar.F’Ħadd il-bluh ix-xita tibda tfuħ.
Ix-xita tnaqqas sew lejn żmien il-karnival (fi Frar).Fix-xahar ta’ Frar iżra’, saqqi u baqqi ħabaq għazzi.
Dari kienu jkabbru l-ħabaq biex juru li fil-familja hemm xebba lesta għaż-żwieġ.
Marzu
F’Marzu aqla’ mnieħrek u qartsu.
Marzu qala’ mnieħru u qartsu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu.
Qartsu tfisser geżwru.F’Marzu l-bard irqiq jidħol fl-għadam.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu.F’Marzu l-fart iħoss il-bard minn qrunu.
Marzu l-fart iħossu f’qarnu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu.
Il-fart jirreferi għall-annimali bovini.Marzu Marzellu, in-nanna taħraq il-moxt u r-rixtellu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu.
Il-moxt u r-rixtellu jirreferu għall-makkinarju tal-insiġ.F’Marzu, kull għasfur ifittex ʼil martu.
L-għasafar jibdew jitgħammru f’Marzu.
F’Marzu, kull tajr ibid.
It-tajr (l-annimali li jtiru) ibid f’Marzu.Marzu bl-ilma xebgħan italla’ ġbira, u gozz ikbar tkun tat-tgħam.
It-tgħam jissaqqa u joktor bix-xita ta’ Marzu.Marzu, il-flissjonijiet komuni bħax-xebbiet.
F’Marzu ħafna taqbadhom il-flissjoni.Marzu Marzell, bil-kabozza u bil-kappell.
F’Marzu xi kultant ikollok tilbes ġakketta għax il-bard, u xi kultant il-kappell biex tilqa’ x-xemx.
Kabozza hija għamla ta’ kowt.Marzu Marzellu, itajjar ix-xebbiet b’dellu.
Dari x-xebbiet kienu jinnamraw f’Marzu.
Marzu r-rebbiegħa tal-bhejjem.
Il-bhejjem jagħmlu ħafna ħalib f’Marzu.Marzu, iż-żara’ bis-sbula f’ħalqu.
F’Marzu l-qamħ ikun kiber sew.Marzu t-twil ġieb l-ixkora tal-qamħ.
It-tħejjijiet għall-ħsad tal-qamħ isiru f’Marzu.Marzu jgħid lill-qamħ: "Ikber". "Ma niflaħx." "Mela isbel."
Il-qamħ jisbel jekk ma jkunx kiber sa Marzu.Xita fi ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb u ġawhar fin.
Ix-xita fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
April
F’April ħobża kbira fil-mindil.
April ħobżna fil-mindil.
April xahar ta’ nifs twil.
Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal.
Il-mindil huwa d-dvalja.F’April id-dubbiena tagħmel żinn u l-isħaba tmur lil hinn.
F’April tieqaf ix-xita u jibdew ħerġin l-insetti, fosthom id-dubbien.F’April il-ħaddiem joħroġ ġuvni u jidħol xiħ.
F’April il-ġurnata tax-xogħol tkun itwal, b’aktar tbatija.
F’April jistejqer il-fqir.
F’April jagħmel temp sabiħ, u jgħin lil min hu sfortunat iħossu aħjar.April bl-ixkubetta u l-azzarin.
April ikun żmien il-kaċċa.April imut bil-bard u Mejju jrid il-ward.
Il-kesħa tispiċċa f’April, u l-fjuri jwarrdu f’Mejju.April jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri.
Ċerti nies jieħdu l-mertu tax-xogħol li jkun sar minn ħaddieħor.
April xahar tal-boloh.
Qawl li jingħad minħabba ċ-ċajt tal-1 ta’ April. Dari kienu jemmnu li min jitwieled f’April huwa iblah.Xita fi dħul April, karru deheb u ieħor ħarir.
Ix-xita fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.Xita fi ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb u ġawhar fin.
Ix-xita fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
Mejju
April imut bil-bard u Mejju jrid il-ward.
Il-kesħa tispiċċa f’April, u l-fjuri jwarrdu f’Mejju.Mejju xahar il-fjuri, fih il-għomma tibda turi.
F’Mejju tibda s-sħana.Mejju bil-minġel u bil-kabozza.
Il-ħsad isir f’Mejju.
Kabozza hija għamla ta’ kowt.F’Mejju aħsad imqar kien plejju.
Ix-xgħir jinħasad f’Mejju.F’Mejju kollox jinxef sal-plejju.
Kollox jinxef f’Mejju.
Mejju daqs ġuvni ħlejju.
Mejju huwa xahar sabiħ ħafna.Mejju ħobża u sikkina għax kull ġid jagħtina.
F’Mejju jilħaq l-ewwel frott u nieħdu pjaċir bih.Mejju jimliena bil-kappar.
F’Mejju jilħaq il-kappar.Mejju kulma fih jirvina l-btieħ.
Ix-xita li tagħmel f’Mejju tirvina l-ġwież tal-annimali.Mejju l-iblah t’ommu.
Mejju l-imhejjem t’ommu.
Bħal tifel imfissed, Mejju jħawwad ħafna fit-temp.
Mejju bla riħ, il-biedja tifraħ bih.
Ir-riħ ta’ Mejju jirvina l-uċuħ tar-raba’, aħjar mingħajru.Mejju mirjieħ b’kull deni stennieh.
F’Mejju r-riħ jagħmel ħafna ħsara.Mejju mirjieħ jaqleb il-wiċċ u l-qiegħ.
F’Mejju r-riħ iċaqlaq il-baħar u joħloq ħafna tempesti.Mejju x-xahar tad-diżgrazzji.
Superstizzjoni Maltija. Kienu jemmnu li d-diżgrazzji f’Mejju jinqalgħu.Mejju żmien il-għana u d-dris, u fis-sodda tħoss il-qris.
Għalkemm in-natura tkun sabiħa f’Mejju, huwa wkoll żmien il-briegħed.
Ġunju
Ġunju Ġunjett ineħħi l-qmis u d-dublett.
F’Ġunju ntajru l-ħwejjeġ minn fuqna.F’Ġunju bdiewa għarqana u wċuħ daħqana.
F’Ġunju l-bdiewa jkollhom ix-xogħol, imma jkunu kuntenti.F’Ġunju jsib il-ftiet, il-bidwi u s-sajjied.
F’Ġunju s-suq mimli ħut u s-sajjied bil-flus fil-but.
F’Ġunju l-bdiewa u s-sajjieda jibdew jaqilgħu l-flus mill-prodott tagħhom.
F’Ġunju tidħol l-għassa.
F’Ġunju tispiċċa r-rebbiegħa u jibda s-sajf.Ġunju għall-għomma manju, fis-sodda jagħtina banju.
F’Ġunju nkunu għarqana xraba.Ġunju ħanin, ixabba’ lill-bidwi u lill-fqir.
F’Ġunju l-bdiewa jagħmlu l-flus, u l-foqra ma jbatux daqstant.
Ġunju jdewwaqna l-frott.
F’Ġunju jilħaq il-frott.Ġunju kbir, rasu ras il-ħmir.
Ġunju għandu rasu iebsa (bħall-ħmar) għax sħana biss jagħmel.Ġunju xahar tad-dris u fis-sodda tħoss il-qris.
F’Ġunju jsir id-dris, iżda huwa wkoll żmien il-briegħed.
Lulju
Fellus ta’ Lulju jagħtik bajda f’San Pupulju.
Il-flieles li jfaqqsu f’Lulju jbiduh tard il-bajd.
Lulju l-ħajjatin jibdew jaqilgħu xi karlin.
F’Lulju jkun hemm iżjed domanda għall-ilbies tal-okkażjoni, u b’hekk il-ħajjata jkollhom iżjed xogħol.
Karlin huwa munita antika li m’għadhiex tintuża.
Lulju xahar id-dris.
F’Lulju jsir id-dris.
Awwissu
F’Awwissu kull tin tibda tmissu.
It-tin isir f’Awwissu.F’Awwissu l-baħar tisma’ ħissu.
Il-baħar ikun imqalleb f’Awwissu.F’Awwissu l-għeneb iħallik tmissu.
Jibda l-għeneb f’Awwissu.F’Awwissu l-ilma jibda jmissu.
Awwissu x-xemx taħarqu u x-xita tmissu.
Tagħmel l-ewwel xita f’Awwissu.
Ix-xahar ta’ Awwissu s-sinjur u l-fqir iħissu.
Is-sħana ta’ Awwissu lil kulħadd taħqar.Awwissu jaħbat ʼil-mara kemm imissu.
Ix-xemx ta’ Awwissu tkun qawwija ħafna.Awwissu tal-ħajjata l-iswed.
F’Awwissu ma jkunx hemm daqstant domanda għall-ħwejjeġ, u l-ħajjata jonqsilhom ix-xogħol.Awwissu qatt ma ħamel lilu nnifsu.
Diffiċli tħobbu Awwissu, minħabba s-sħana li tagħmel.
Awwissu la tarah u lanqas tmissu.
F’Awwissu kulħadd ikun bil-vaganzi u jgħaddi bħal ħolma.Meta l-għansal itella’ l-bonn imgħawweġ annata ħażina; meta jtella’ l-bonn dritt annata tajba.
Ir-raba’ tinduna kemm ser jirnexxi skont il-bonn (jiġifieri z-zokk) tal-għansal (li huwa tip ta’ pjanta, Prospero autumnale).Meta l-għansal jagħmel il-ward f’Awwissu, ix-xita tkun bikrija.
Jekk l-għansal (li huwa tip ta’ pjanta, Prospero autumnale) joħroġ il-fjura f’Awwissu, ix-xita tagħmel qabel żmienha.
Settembru
Settembru Settembrina, jibdlilna s-sala mal-kantina.
Dari kienu jinżlu fil-kantina biex jaħarbu mir-riħ isfel ta’ Settembru.Konz ta’ Settembru jgħabbi bil-gziez, konz ta’ Diċembru hu wisq bil-qies.
Jinqabdu ħafna iżjed lampuki f’Settembru milli f’Diċembru.
Xita f’Settembru meraq tajjeb f’Novembru.
Ix-xita ta’ Settembru tħaxxen il-frott f’Novembru.Jekk il-qamar ta’ Settembru jimla bix-Xlokk, jagħmel ix-Xlokk seba’ xhur fis-sena.
Jekk f’Settembru jkun qamar kwinta bir-riħ mix-Xlokk, jibqa’ jagħmel riħ mix-Xlokk seba’ xhur wara.
F’Settembru għas-salarju jmur kull membru.
F’Settembru jkun wasal iż-żmien li l-ħaddiema jitħallsu tax-xogħol li jkunu għamlu fix-xhur ta’ qabel (fil-biedja speċjalment).F’Tal-Vitorja l-baħar jitla’ fl-għolja.
Il-baħar jibda jitqawwa fil-Vitorja, li tiġi fit-8 ta’ Settembru.
Ottubru
Fix-xahar tar-rużarju aħrat u tenni biex meta taħsad ikollok biex tgħanni.
F’Ottubru l-bidwi jagħmel sew li jaħrat kemm jiflaħ il-ħamrija, biex meta jiġi biex jaħsad ikun kuntent.
F’Ottubru l-għeneb ġewwa t-tubru jitħassar u jmut.
L-għeneb kollu jitħassar minn Ottubru ʼl hemm.
Ottubru jidħol u joħroġ fit-tubru.
F’Ottubru jidlam kmieni mill-bidu sal-aħħar tiegħu.
It-tubru jirreferi għat-tebut.
Novembru
F’Novembru jaqgħu, ikissru u jżemblu.
Iż-żebbuġ jinġabar f’Novembru.
Xita f’Settembru meraq tajjeb f’Novembru.
Ix-xita ta’ Settembru tħaxxen il-frott f’Novembru.
Diċembru
Fil-Milied il-lewż naqsmuh mal-bews.
F’San Martin inkissru l-lewż, fil-Milied naqsmuh.
F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.Fil-Milied nieklu tliet darbiet.
Dari kienu jsumu lejliet il-Milied, u b’hekk l-għada kulħadd kien ipattilu bil-kbir.
Fil-Milied, iż-żiemel ħdejn il-ġamra jsaħħan wirkih.
Dari ż-żwiemel kien ikollhom l-istalla msaħħna. Wirkih tfisser koxxtu.F’Diċembru fis-sala jidħol membru.
Diċembru l-aħħar membru li jingħaqad mal-membri (ix-xhur) l-oħra biex b’hekk tingħalaq is-sena.
F’Diċembru jkissru u jxellfu qabel iċemplu.
Il-bdiewa jieħdu ħsieb iż-żebbuġ f’Diċembru.Konz ta’ Settembru jgħabbi bil-gziez, konz ta’ Diċembru hu wisq bil-qies.
Jinqabdu ħafna iżjed lampuki f’Settembru milli f’Diċembru.