Ma tistax tleħħaq ma' kollox f'salt.
Min ma jibkix ma jerdax.
Min ma jiftaħx ħalqu u joqgħod għal kollox xejn ma jieħu.
Kategoriji: is-sens komun
Qwiel relatati
Min jixrob l-ilma ma jagħlix.
Min jevita x-xorb alkoħoliku, wara ma jiddispjaċihx ta' xi azzjoni li jkun għamel jew kelma li jkun qal meta kien fis-sakra.
It-tiġrija sal-barkun biex tintrebaħ.
M'għandek qatt tagħmilha fatta li rbaħt jew li xi ħaġa saret tiegħek, stenna sal-aħħar biex tevita d-diżappunt.
Trid tgħallem ’l ommok tbennen.
Ma tistax tgħallem lil min għandu iżjed esperjenza minnek f'xi ħaġa.
La tgħid qatt minn dan l-ilma ma nixrobx.
Titkaża b'ħadd għax għada tkun int li tagħmel dak li qed titkaża bih illum. Bl-istess mod, tiksirha minn ma' ħadd għax ma tafx min għad tiġi bżonn.
Kull regola għandha l-eċċezzjoni tagħha.
Qatt ma hemm xejn assolut.
