Tafdax lil min taf li ma tistax toqgħod fuqu.
Qwiel relatati
Il-ġifa qatt ma wera għaqal.
Min jibża' m'għandux għaqal.
Min ma jaħsibx, ifittex u ma jsibx.
Biex l-affarijiet imorru tajjeb fi kwalunkwe sitwazzjoni, jeħtieġ li taħseb u tqis.
La tiddinx qabel ma tarah jisbaħ.
Qabel ma tħalli l-ħsibijiet tiegħek jiġru bik, qis il-fatti kollha u stenna sal-aħħar.
Erba’ għajnejn aħjar minn tnejn.
Meta jkun hemm aktar minn persuna waħda tiċċekkja biċċa xogħol, hemm aktar ċans li jinqabdu l-iżbalji.
Il-ħobż minn ħalqi nieklu.
M'iniex injorant daqs kemm qed taħsibni, naf x'għandi nagħmel.
