It-tiġrija sal-barkun biex tintrebaħ.M'għandek qatt tagħmilha fatta li rbaħt jew li xi ħaġa saret tiegħek, stenna sal-aħħar biex tevita d-diżappunt.
La tiddinx qabel ma tarah jisbaħ.Qabel ma tħalli l-ħsibijiet tiegħek jiġru bik, qis il-fatti kollha u stenna sal-aħħar.
Min jittama fil-ħaj, la jkollu serva u lanqas raj.Min jittama f'ħaddieħor u jserraħ fuqu jiżbalja; tiddependi fuq ħadd. Serva tfisser sens komun u raj tfisser volontà.