Biex l-affarijiet imorru tajjeb fi kwalunkwe sitwazzjoni, jeħtieġ li taħseb u tqis.
La ħablet jeħtiġilha tiled.
Kulma tagħmel għandu l-konsegwenzi tiegħu.
Kategoriji: il-prudenza | is-sens komun
Qwiel relatati
La tkun fiż-żifna jkollok tiżfen.
Jeħtieġ li tadatta għal kull ċirkostanza fil-ħajja.
Il-lest lest.
Li tkun lestejt m'għandekx iżjed ħsiebu.
Bejlek għajnek għax b’rasek idur.
Trid toqgħod attent biex ħadd ma jgħaddi ż-żmien bik.
Min jagħmel il-ħarrieġa bil-ħsieb, xi darba jagħmel xi ħaġa fuqha.
Kulħadd jagħmel li jagħmel bi skop f'moħħu. Ħarrieġa hija xkaffa tal-ġebel.
Min ma jistadx ma jaqbadx ħut.
Min ma jridx jaħdem u jistinka ma jagħmilx suċċess fil-ħajja.
