Bniedem avżat nofsu armat.La tkun taf b'xi ħaġa minn qabel, għandek kull opportunità biex tlesti ruħek.
Min jitma fit-tama, it-tama tqarraq bih; jagħmel ir-riħ fil-bomblu u jaħseb li se jsiefer bih.Min jittama u jgħix fil-fantażija bla ma jieħu azzjoni għad jiddispjaċih maż-żmien.
Il-paċenzja ma jbigħux minnha l-ispiżjara.Il-paċenzja trid tara minn fejn se ġġibha inti, għax mhu ser jagħtihielek ħadd.