Kollox għandu jsir fil-mument opportun.
Min ma jaħseb ma jikseb.
Biex l-affarijiet imorru tajjeb fi kwalunkwe sitwazzjoni, jeħtieġ li taħseb u tqis.
Kategoriji: is-sens komun
Qwiel relatati
Fittex li tboss mingħajr ma tagħmel ħoss.
Dak li għandek tagħmel agħmlu b'mod diskret.
Min ifaħħar irid jieħu.
Min joqgħod ifaħħrek ikun qed jistenna xi ħaġa mingħandek.
Agħti fuq il-ħadida meta tkun mikwija.
Toqgħodx tistenna biex tagħmel xi ħaġa, aqbad u agħmilha.
It-triq tal-ħmar twasslek id-dar.
Min jagħmel bħal ħaddieħor ftit li xejn jiżgarra.
Min jixrob l-ilma ma jagħlix.
Min jevita x-xorb alkoħoliku, wara ma jiddispjaċihx ta' xi azzjoni li jkun għamel jew kelma li jkun qal meta kien fis-sakra.
