Min joqgħod jagħżel u jiħtar, fl-aħħar jaqa’ fil-pantar.Min mhux kapaċi jieħu deċiżjoni jispiċċa jbati. Jiħtar tfisser ikun irid jagħżel l-aqwa, u pantar tfisser tajn.
Is-self ħu t-telf.Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int.