Iftaħ biebek u ftaħar jew agħlqu u nsatar.Jekk se tiftaħar ara li jkollok biex, għax taqa' għaċ-ċajt.
Is-siġra ma tagħmilx frott barra minn żmienha.Fid-dinja kollox f'ħinu u f'waqtu, bħaċ-ċiklu tan-natura.
Meta r-ras iż-żgħira tkun fil-glorja, ir-ras il-kbira titlef il-memorja.Il-ġibda sesswali fil-bniedem tant hi qawwija li ma jibqax jirraġuna meta tiġi l-okkażjoni li jkollu x'jaqsam. Ir-ras iż-żgħira tirreferi għall-parti sesswali tar-raġel.