qawl.mt

kategorija

il-mara

Min iħammar jgħammar.

Mara li jkun għad għandha ċ-ċiklu mestruwali (= tħammar) tkun għadha fiċ-ċans li jkollha t-tfal.

Il-qamar mimli imma le jsellimli.

Meta l-mara ma tarax demm mestruwali, dan huwa sinjal li rnexxielha tinqabad tqila. Il-qamar mimli jirreferi għall-fatt li jkun għadda xahar.

Il-ħafa jitfi ż-żina.

In-nisa li dari kienu jimxu ħafjin barra kienu jitilfu mis-sbuħija tagħhom. Żina (bl-aċċent fuq l-i) tfisser ġmiel.

Ħotba f’San Mark tpoġġik taħt l-art.

Superstizzjoni ta' dari fejn kienu jemmnu li bħalma f'San Mark tagħmel ħafna xita li teqred l-uċuħ tar-raba', bl-istess mod il-ħotba (meta kienu jlaqqgħu mara u raġel) kien hemm ċans kbir li ma tirnexxix.

Mara mfettħa, boxxla mbettħa.

Mara għandha tpoġġi bilqiegħda b’saqajha miġburin. Boxxla mbettħa tirreferi għall-bieb tal-antiporta, li jkun miftuħ.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.