Wara li tiżżewweġ, mara għandha tmur toqgħod ma' żewġha mhux tibqa' d-dar t'ommha u missierha.
Qwiel relatati
Li kont nafek qatt ma daħħaltek f’darek.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, jista' jkun li wara kollox iddejqek il-persuna li tkun iżżewwiġt.
Iż-żwieġ bħall-ħjar.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal meta ma tkunx taf kemm hi tajba ħjara qabel taqsamha.
L-imħabba oħt il-ġenn.
L-imħabba ġġiegħlek tagħmel il-ġennati.
Inħobbok daqs nwar il-ful, issa li drajtek sejra tmur.
Ir-relazzjoni jew iż-żwieġ ma jirnexxix jekk il-karattri tal-koppja ma jkunux jaqblu. Inħobbok daqs nwar il-ful tfisser nistmerrek.
Meta s-siġra tal-armla ma toħroġx qamla, għan-namur tkun reġgħet ħemla.
B'mod speċjali dari, meta armla ma kenitx tkun trid titgħabba bir-responsabbiltà li tgħajjex lil uliedha, kienet tfittex raġel ieħor biex jgħajjex hu lilha u lil uliedha. Qamla tfisser rimja f'dan il-kuntest, bħallikieku l-armla hija siġra li ma tridx tagħmel frott, u...
