Iż-żwieġ bħall-ħjar.Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal meta ma tkunx taf kemm hi tajba ħjara qabel taqsamha.
Armla ma tistax tgħin lil miżżewġa.Mara armla għandha bżonn min jgħinha, ma tistax tgħin hi lil ħaddieħor.
Il-qamar jekk tfittxu jfittxek, jekk ma tfittxux ma jfittxekx.Superstizzjoni ta' dari fejn kienu jemmnu li l-qamar jaffettwa l-aptit sesswali tal-mara, iżda jekk il-mara ma turix interess fir-raġel il-qamar m'għandux setgħa.
Għors bla għarusa u newwieħa bla mejta qishom mistednin bla mejda.L-għarusa dejjem tkun iċ-ċentru tal-attenzjoni f'tieġ.
Fiż-żwieġ min ifittex il-ġmiel u min ifittex il-miel.Hemm min jiżżewweġ għad-dehra u hemm min jiżżewweġ għall-flus (= il-miel).