Kulħadd xortih fid-dinja, min ferħan u min imdejjaq.
Hemm dwieb u dwieb, tal-għenienel u tal-mantijiet.
In-nies ta' intern ħażin kullimkien qegħdin, uħud jidhru u oħrajn le. Dwieb huwa l-plural ta' debba u għenienel huwa l-plural ta' għonnella.
Kategoriji: il-ħażin | il-mara | l-annimali
Qwiel relatati
Is-sabiħ maħbub bla ma jaf, l-ikrah mibgħud bla ma jaħti.
Wiċċ sabiħ jattirak inkonxjament, mentri wiċċ ikrah jimbuttak anke jekk forsi l-persuna jkollha karattru sabiħ.
Id-dritt m’hemmx isbaħ minnu.
Dejjem kun ġust u agħmel it-tajjeb, biex ħadd ma jkollu xi jgħid fuqek.
Lil qalbek uriha lil kulħadd u tagħtiha lil ħadd.
Kun qalbek tajba ma' kulħadd, iżda oqgħod lura milli tafda żżejjed għax jiddispjaċik.
B’ħobża tagħmel mitt mil u b’mitt ħobża ma tagħmilx mil.
Meta kollox ikun miexi sew teħles malajr, iżda meta kollox jibda ġej bil-kontra, iddum ħafna iżjed.
Min jiżra’ fin-niket jaħsad fil-ferħ.
Min għaddej minn żmien diffiċli għad jasal żmien fejn jerġa' jkun ferħan.
