Ara li jekk ser tikkritika lil ħaddieħor fuq xi difett ma jkollokx inti stess l-istess difett. Tiskonġra tfisser teżorċizza.
kategorija
ir-reliġjon
Bniedem dagħaj ftit idum ħaj.
Bniedem li għandu l-vizzju tad-dagħa jġib is-saħta fuqu nnifsu u jgħix ftit.
Darba fit-tant tmiss lill-Papa.
It-tajjeb u l-ħażin xi darba lil kulħadd jiġru, anke lin-nies importanti.
Hemm min jitkellem u hemm min iqarar.
Kulħadd għandu karattru differenti.
Għan-niżla kull qaddis jgħin.
Meta ma jkunx hemm problemi kollox jimxi sew.
Aħjar għandek tieħu mingħand ħalliel milli għandek tagħti lill-kappillan.
Dari kien hawn ħafna dejn mal-Knisja, li kellu jitħallas bilfors.
Id-dnub ma jorqodx.
Meta tagħmel xi ħaġa ħażina, xi darba jew oħra għad tinqabad.
Bil-flus ħadd ma jixtri l-ġenna.
Il-flus importanti biss f’din il-ħajja, la tmut m’intix ser teħodhom miegħek.
Eħġem la ssib għax jasal ir-Randan.
Faddal il-flus biex meta tiġi bżonnhom issibhom. Eħġem huwa l-imperattiv tal-verb ħeġem.
Il-qamar bil-pipa f’ħalqu u kulħadd kif Alla ħalqu.
Il-karattru tal-bniedem diffiċli jinbidel, għax hekk maħluq.
Il-qassis temmnux ħlief fil-quddiesa.
Bħalma qassis jista’ jġib ruħu mod ieħor minn dak li jippritkalek waqt il-quddiesa, hekk ukoll in-nies l-oħra.
Jew tkanta jew terfa’ s-salib.
Ma tistax tleħħaq ma’ kollox f’salt.
It-triq tal-ġenna dejqa.
Diffiċli ħafna li tgħix ħajja tajba u tirbaħ il-ġenna.
Kulħadd irid il-ħniena u l-Ħniena fit-triq tar-Rabat.
Ħadd ma jħenn għalik fid-dinja. Il-Kappella tal-Ħniena tinsab fit-triq tar-Rabat, Għawdex.
It-talb iġib il-barka u d-dagħa jġib is-saħta.
It-talb iqarribna lejn Alla, mentri d-dagħa jbegħedna minnu u jqanqal stmerrija.
Iżżarma knisja biex tarma oħra.
Biex tirranġa xi ħaġa, kellek tkisser xi ħaġa oħra.
Id-dar bħall-knisja, dejjem jonqosha.
Biex jinżammu fi stat tajjeb, id-djar u l-knejjes jeħtieġu ħafna flus.
Aħjar tifel il-ħabs minn tifla soru.
Dari ma kinux jistgħu joħorġu minn soru. Tifel li jmur il-ħabs xi darba joħroġ, iżda tifla qatt ma terġa’ lura.
Aħjar tikkmanda x-xjaten milli jikkmandawk l-anġli.
Aħjar tikkmanda inti u b’mod forsi mhux daqshekk tajjeb, milli jkollok issegwi l-kmand ta’ ħaddieħor.
Ħidma fil-btala tmur fis-siba u l-ħala.
Dari kienu jemmnu li Alla jikkastiga lil min jaħdem il-Ħdud u l-festi. Siba tfisser ħerba.
Il-flus huma passaport għall-infern.
Il-flus iġibuk f’inkwiet kbir. Mitraħ huwa saqqu.
Ħidma għal Alla ma titħallasx.
Azzjoni tajba kif irid Alla ma tistax titħallas bi flus materjali.
Avukat jekk ma jiħdux Alla jieħdu x-xitan.
Avukat ħażin fl-aħħar mill-aħħar jieħu dak li ħaqqu.
Il-flus u l-qdusija t-tnejn moħbija.
Qatt ma tista’ tkun taf dak li jkun kemm għandu flus, jew kemm hu bniedem twajjeb.
Il-ġuħ qabel ir-ruħ.
Ir-reliġjon mhix biżżejjed meta tkun f’sitwazzjoni finanzjarja miżerabbli.
Kull min jiekol il-ħobż għad mhux qaddis.
Anke l-iżjed nies twajba xi darba jagħmlu żball.
Il-knisja qattara tieħu kemm tieħu qatt ma tara.
Il-knisja dejjem bżonn il-flus għall-manutenzjoni.
Il-mara li tilbes imqaċċat, max-xitan għamlet rabta.
Mara tal-affari tagħha dejjem tilbes deċenti.
Ix-xemgħa tixgħel u l-purċissjoni wieqfa.
Hemm xi jsir iżda ħadd ma jrid jaħdem.
Id-drawwa hija t-tieni din.
Id-drawwiet ta’ poplu ma jinqatgħux kif ġieb u laħaq. Din tfisser reliġjon.
Id-drawwa hija t-tieni natura.
Id-drawwiet ta’ poplu ma jinqatgħux kif ġieb u laħaq.
Il-ġustizzja tkabbar nazzjon u d-dnub jirvinaha.
Il-ġustizzja ssawwar is-sens morali ta’ nazzjon, iżda l-azzjonijiet ħżiena jeqirduha.
Min iwiegħed u ma jagħti, imur l-infern u jbati.
Min ma jżommx il-wegħdiet li jagħmel, imur l-infern.
Il-knisja tagħna u l-kappillan qaribna.
L-influwenza tal-kappillan hija kbira u jkun jista’ jġib li jrid għall-parruċċana.
Min ikun fuq is-salib mhux bħal min ikun taħtu.
Min ma jkunx għadda mill-esperjenza kerha ta’ ħaddieħor, ma jkunx jaf eżatt x’jiġifieri.
In-nisa xibka tax-xitan.
In-nisa kapaċi jqarrqu bik daqs ix-xitan.
“Alla jsewwi”, qal tal-bajd meta waqa’ u kissru.
Il-bniedem iħalli f’idejn Alla meta ma jkun jista’ jagħmel xejn.
Afda f’Alla u tħabbilx rasek.
Li hu mnalla jsir, għalxejn tinkwieta.
Min jaqla’ laqam għandu seba’ snin il-purgatorju.
Superstizzjoni Maltija li min jasal jaqla’ laqam ikollu jpatti għalih billi jqatta’ seba’ snin il-purgatorju wara mewtu.
Aħfer biex Alla l-imbierek jaħfirlek.
L-ewwel aħfer lil għajrek biex Alla jaħfirlek.
Min jaqla’ u jagħti l-infern ibati.
Superstizzjoni Maltija li jekk xi ħadd jagħtik xi ħaġa u tagħtiha, ikollok tbati l-infern ta’ kemm kont ingrat.
Alla ’l min għandu jqawwih, u ’l min m’għandux jhennih.
Alla jittratta lil kulħadd l-istess, għax huwa ġust.
Alla ’l min jitilqu jagħtih il-kuntentizza ta’ did-dinja.
Alla donnu ma jagħtix kas lil min jitilqu billi jagħtih kollox.
Alla b’ħabel tat-tajjar isawwat.
Alla ma jagħtix kastigi ħorox, jaf iqis.
Alla b’waħda jagħtina u bl-oħra jżiegħel bina.
Alla jikkastigana daqs kemm iħenn għalina.
Alla biss jaf il-bniedem xi jkollu f’qalbu.
Il-bnedmin jistgħu jaħbu minn xulxin, iżda mhux minn Alla.
Alla biss jaf x’għandna ġewwa qalbna.

Is-sagristan jekk ma jmissx max-xema’ jmiss mar-ruttan.
Meta ma jkun hemm ħadd jissorvelja, kulħadd jagħmel li jrid, bħas-sagristan diżonest li jobrom li jista’. Ruttan tfisser xema’ mdewba.
Alla biss jaf x’inhu s-sewwa.
Alla biss jiġġudika x’inhu sewwa u l-aħjar.
Alla fejn iridek isibek.
Tagħmel x’tagħmel, il-mewt ma taħrabhiex.
Alla fettieħi, Alla għajjur; Alla nebbieħi u ma’ kulħadd idur.
Alla juri mħabba kbira lejn kulħadd.
Min jisma’ l-quddies ma jitlifx żmien.
Li tmur tisma’ quddiesa hija ħaġa tajba.
Alla fi lsienu u x-xitan f’qalbu.
In-nies wiċċ b’ieħor isemmu lil Alla, imma f’qalbhom ikun hemm il-ħażen.
Alla fina, aħna fih; kulma jagħmel għalina, kulma nagħmlu għalih.
Alla qiegħed kullimkien, u li jagħmel huwa għalina nagħmlu aħna għalih.
Alla fuq kollox u fuq kulħadd; xemx u xita jibgħat lil kulħadd.

Alla jaf l-aktar ħsibijiet moħbija tagħna.

Alla jaf x’inhu l-aħjar.

Alla jagħlaq bieb u jiftaħ mija.
Meta xi ħaġa tmur ħażin, Alla jibgħat ħafna oħrajn tajbin.
Alla jagħmel il-ħaqq u jeħlisna minnu.
Alla f’li jagħmel huwa ġust, bit-tama li jeħlisna mill-ġustizzja.
Elf missjunarju ma jdawrux ħaġġieġ.
Min hu injorant mhux se jirraġuna u jbiddel fehmtu. Ħaġġieġ huwa Musulman.
Ix-xemgħa torbot u l-qniepen tħoll.
Iż-żwieġ isir bix-xemgħat fil-knisja u jinħall biss malli tasal il-mewt.
Alla jagħti jew snien jew biskotti.
Alla dejjem jagħtik xi ħaġa pożittiva f’ħajtek.
Alla jagħti l-għama u x-xitan jaħbi l-ixkora.
Aktar ma tkun magħkus, aktar jgħakksuk.
Alla jaħfer u t-trab jgħatti.
Alla jaħfirlek dnubietek u la tmut jintesew ukoll.
Alla jaħseb f’kulħadd.
Alla lil ħadd ma jinsa.
Alla jdenneb il-qatta.
Agħmel ħiltek u Alla jgħinek tegħleb id-diffikultajiet.
Alla jerfa’ u n-nies tagħmeż.
Alla juri kemm hu ħanin u n-nies juru kemm huma kattivi.
Alla jħallas lill-ħażin minn din id-dinja.
Alla jikkastiga lil min ma jindimx minn dnubietu qabel mewtu.
Min ma jħobbx jaħdem mal-Insara jkollu jorqod mal-ilsiera.
Min ma jridx jagħmel il-ħaġa t-tajba, mela jispiċċa jagħmel il-ħaġa l-ħażina u jiġi kkastigat għaliha.
Alla jħarsek minn min għandu ħuġbejn kbar.
Alla jħarsek min-nies aggressivi.
Alla jħarsek minn min jgħid Armajn.
Alla jħarsek minn min ma jżommx kelmtu miegħek.
Alla jibgħatha tajba għax ħażina ilha.
Meta jkunu ilhom sejrin ħażin l-affarijiet, wieħed jitlob lil Alla biex imorru għall-aħjar.
Alla jibni knisja, ix-xitan itella’ kappella.
Il-ħażin dejjem lest biex jirbaħ fuq it-tajjeb.
Iż-żwieġ qabel ma jinkiteb fl-art, ikun miktub erbgħin ġurnata qabel fis-sema.
Iż-żwieġ ikun diġà rieda t’Alla qabel isir fl-art.
Alla jiftaħ u Alla jsewwi, in-nies rieqda u t-tabib idewwi.
It-tabib ma jistax ifejjaq nies mingħajr l-għajnuna t’Alla.
Min m’għandux salib għandu domna.
Kbira jew żgħira, kulħadd għandu xi tip ta’ problema fid-dinja.
F’San Anard l-isponsun ma jmiddx saqajh l-art.
Fil-bidu ta’ Novembru tkun għadha l-passa tal-għasafar, iżda għan-nassaba xorta diffiċli jaqbduh l-isponsun. San Anard jiġi fis-6 ta’ Novembru.
Alla joħloq kif jogħġbu u jagħmel dak li jrid.
Trid taċċetta lil kulħadd kif ħalqu Alla.
Alla jtik ħaġa u jeħodlok oħra.

L-aħjar annata tal-patata meta sa San Nikola tkun fl-ixkora.
Biex il-bidwi jirnexxi, il-patata trid tkun waslet sal-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru. San Nikola jiġi fis-6 ta’ Diċembru.
F’San Bartilmew aqta’ l-ħarrub u iżra’ t-tewm.
Lejn San Bert għandu jinqata’ l-ħarrub u jinżara’ t-tewm. San Bert jiġi fl-24 ta’ Awwissu.
Il-mewt beża’ minnha Alla, aħseb u ara aħna.
Anke Ġesù beża’ mill-mewt.
Alla jxiegħel lill-battal.
Donnu x-xogħol Alla jagħtih lil min ma jaħdimx.
F’San Luqa ż-żara’ tinħeba fih l-għattuqa.
Jekk l-għattuqa jirnexxilha tistaħba wara l-qamħ, mela jkun kiber sew. San Luqa jiġi fit-18 ta’ Ottubru.
Alla jżomm il-ħaqq u jeħlisna minnu.

F’San Martin inkissru l-lewż, fil-Milied naqsmuh.
F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
Alla l-ewwel li ħalaq leħitu.
L-egoiżmu tal-bniedem minn dejjem kien.
Alla lill-bniedem iħallsu skont qalbu.
Alla jippremja jew jikkastiga skont l-imġiba tal-bniedem.
F’San Martin jiftħu l-inbid u t-tin.
F’San Martin issib tixtri ħafna nbid u tin. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
F’San Martin jitfgħu l-ixbiek fuq in-newl.
F’San Martin tasal fi tmiemha l-passa tas-summien. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
Alla ma jħallasx bin-nhar ta’ Sibt.
Il-kastig ta’ kulħadd jasal xi darba.
Min jiskonġra jrid ikun pur.

F’San Mattew iżra’ t-tewm.
F’San Mattew għandu jinqata’ r-rummien u jinżara’ t-tewm. San Mattew jiġi fil-21 ta’ Settembru.
Alla ma jħallasx kull nhar ta’ Sibt.
Il-kastig ta’ kulħadd jasal xi darba.
Alla ma jsawwatx u jerġa’.

F’San Mattija jekk ma ssibhiex filgħodu ssibha filgħaxija.
F’San Mattija għandu jinżara’ l-qamħ. It-tomnija tirreferi għat-tgħam u mwaħħra tfisser tard fl-istaġun. San Mattija jiġi fl-24 ta’ Frar.
Alla mas-skaren u mat-tfal.
Alla jieħu ħsieb tas-sakranazzi u tat-tfal.
F’San Mikiel lesti l-miċċa għall-gandlier.
Dari meta ma kienx hawn elettriku, f’San Mikiel ix-xemgħa kont tixgħelha kmieni għax jidlam malajr. Miċċa hija sulfarina. San Mikiel jiġi fid-29 ta’ Settembru.
Alla meta ħalaq il-flus qal: “Se noħloq ħaġa egħżeż minni!”
In-nies jagħmew bil-flus u jinsew lil Alla.
F’San Silvestru ġedded il-kappestru.
Fl-aħħar ġurnata tas-sena għandek taħseb fir-riżoluzzjonijiet li tkun se tagħmel għas-sena ta’ wara. San Silvestru jiġi fil-31 ta’ Diċembru.
Alla min jagħtih ħaġa u min jagħtih oħra.
Alla lil ħadd ma jinsa.
F’San Xmun iżra’ fin-niexef u fil-miblul.
Iż-żara’ għandha ssir sal-aħħar ta’ Ottubru, f’kull tip ta’ ħamrija. San Xmun jiġi fit-28 ta’ Ottubru.
Alla qabel ilaqqa’, ixebbah.
Qabel ma jlaqqa’ lin-nies, Alla jara li jkollhom karattru jixxiebah.
F’Sant’Andrija l-jiem jiqsaru b’pass ta’ tarbija.
Lejn l-aħħar ta’ Novembru tibda tħoss li l-ġurnata qed tiqsar. Sant’Andrija jiġi fit-30 ta’ Novembru.
Alla ta u Alla ħa; niżżu ħajr ’l Alla.
F’idejn Alla dak li jogħġbu jagħtina jew joħdilna.
F’Santa Katrini l-Milied jibqagħlu xahar ġentili.
Xahar ikun għad fadal mill-festa ta’ Santa Katerina sal-Milied. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
F’Santa Luċija jibdew l-irwiegel.
F’Santa Luċija l-bdiewa joqogħdu attenti għall-irwiegel. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
Meta jitbierek ir-riħ, in-nies jerfgħu l-ġieħ.
Dari kien hemm l-obbligu li min hu Nisrani jitqarben tal-inqas darba f’sena, fi żmien l-Għid il-Kbir, u dan jinzerta l-istess żmien li fih jitbierek ir-riħ.
Alla tani l-għama u l-għadu ħbieli l-ixkora.
Aktar ma tkun magħkus, aktar jgħakksuk.
Alla wieħed u nies ħafna.
Fid-dinja hawn ħafna nies, imma ħadd minnhom mhu Alla.
F’Santa Luċija l-jiem jitwalu b’pass ta’ tarbija.
Lejn nofs Diċembru l-ġurnata terġa’ tibda titwal bil-mod il-mod. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
Alla wieħed u nies wisq.

Fid-Duluri tmur il-bilbla u tiġi l-alwetta.
Għall-ħabta tad-Duluri, il-bilbla tisparixxi u tiġi l-alwetta (dawn żewġ tipi ta’ għasafar). Id-Duluri tiġi ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira.
Mix-xogħol tal-Ħadd jibża’ kulħadd.
Superstizzjoni li jekk bniedem jaħdem il-Ħadd, li suppost huwa jum ta’ mistrieħ iddedikat għal Alla, iġib is-saħta fuqu.
Il-mard Alla jibagħtu.
Dari kienu jemmnu li Alla jibgħat il-mard biex napprezzaw iżjed is-saħħa.
Għal San Anard ibża’ għall-art, għax it-tgħaffiġ jagħmlilha l-mard.
Fi żmien San Anard, tirfisx fuq il-ħamrija biex ma tagħmilx ħsara lill-ħxejjex. San Anard jiġi fis-6 ta’ Novembru.
B’Alla u ż-żaqq ma jidħaq ħadd.
Il-bniedem għandu bżonn lil Alla f’ħajtu, bħalma żaqqu għandha bżonn l-ikel biex jgħix.
Għal San Anard iżra’ f’kull art.
Fi żmien San Anard qis li tiżra’ kull fejn tista’. San Anard jiġi fis-6 ta’ Novembru.
Dak li jagħmel Alla kollox sew.
Alla ma jagħmilx ħażen.
Għal San Luqa fiż-żara’ tistaħba għattuqa.

Dak li jagħmel Alla ma jħassru ħadd.
Ħadd ma jindaħal fil-pjanijiet li Alla jkollu.
Għal San Mikiel lesti l-gandlier.
Il-ġurnata tibda tiqsar fl-aħħar ta’ Settembru. San Mikiel jiġi fid-29 ta’ Settembru.
Fuq Alla ma hemm ħadd.
Il-bniedem qatt m’għandu jaħseb li huwa aħjar minn Alla.
Għal Santa Luċija l-jum jagħmel pass ta’ tarbija.

Għas-swar t’Alla m’hemmx kanuni.
Ħadd ma jista’ għal Alla.
Għin ruħek biex Alla jgħinek.
Trid tagħmel ħiltek ukoll biex l-affarijiet jirnexxu.
Ħotba f’San Mark tpoġġik taħt l-art.
Superstizzjoni ta’ dari fejn kienu jemmnu li bħalma f’San Mark tagħmel ħafna xita li teqred l-uċuħ tar-raba’, bl-istess mod il-ħotba (meta kienu jlaqqgħu mara u raġel) kien hemm ċans kbir li ma tirnexxix.
L-għaġuża eħżen mix-xitan.
L-anzjani makakki u ma tagħmilx bihom li trid. Għaġuża hija mara xiħa.
Il-qamħ f’Santa Katrini, it-tiben u t-tgħam jagħtini.
Meta l-qamħ jinżara’ għal żmien Santa Katerina, ikollok prodott eċċellenti. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
Id-driegħ t’Alla twil.
Alla lil kulħadd jagħtih dak li ħaqqu.
Is-sajf ta’ San Martin, il-biedja tifraħ bih.
It-temp sabiħ f’Novembru jagħmel tajjeb għall-biedja.
Il-kuruna fl-idejn tgħodd u mhux fil-but.
In-nies wiċċ b’ieħor li jilagħbuha tal-qaddisin warrbilhom. Kuruna tfisser kuruna tar-rużarju.
Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.
Il-bniedem jippjana iżda Alla jiddeċiedi dak li jseħħ.
Il-grazzja t’Alla ma tonqosx.
Il-grazzja t’Alla lil kulħadd tilħaq, int min int.
It-tin bejn Sant’Anna u San Ġakbu jbexxaq fommu.
It-tin jibqa’ tajjeb sal-aħħar ġimgħa ta’ Lulju. Sant’Anna tiġi fis-26 ta’ Lulju u San Ġakbu jiġi fil-25 ta’ Lulju.
Il-ħaqq u s-sewwa ħarġu minn fomm Alla.
Alla jrid il-ġustizzja u s-sewwa.
Ix-xita f’San Mark nar fl-art.
Ix-xita lejn l-aħħar ta’ April ma tagħmilx ġid lir-raba’. San Mark jiġi fil-25 ta’ April.
Il-ħila minn Alla u bih kollox isir.
Il-kapaċitajiet tagħna tahomlna Alla.
Ix-xita għal Sant’Anna bikrija, jekk tagħmel, beraq u sajjetti fiha.
Meta tagħmel ix-xita lejn l-aħħar ta’ Lulju tkun bikrija, b’ħafna beraq u sajjetti. Sant’Anna tiġi fis-26 ta’ Lulju.
Il-mewt u l-ħajja f’idejn Alla.
Alla biss jiddeċiedi meta niġu fid-dinja u nitilqu minnha.
Iżra’ l-ful f’Santa Katrini biex jagħmel bla fini.
Il-ful għandu jinżara’ fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru biex irendi. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
Iż-żara’ f’ta’ Katrini jrodd it-tgħam bla fini.

Il-mewt u xita Alla jaf meta.

Jekk is-silla f’San Mattija tkun bi tliet werqiet tintena tliet tinjiet.
Jekk lejn l-aħħar ta’ Frar is-silla jkollha tliet werqiet, ifisser li meta jasal żmienha se tkun abbundanti. San Mattija jiġi fl-24 ta’ Frar.
Marret is-sena u l-ġdida għoddha mibdija, niżżu ħajr lil Alla u r-risq u l-barka lil kulħadd.
Inroddu ħajr lil Alla għas-sena li għaddiet u għas-sena li ġejja.
Ekonomija, ekonomija, imbagħad jiġi x-xitan jgħidlek dawn għalija.
Min hu rgħib ma jgawdix flusu għax ikollu jużahom għal xi ħaġa li ma stenniex.
In-namar t’Alla jbeżża’.
Dari l-qilla tan-natura (eż. il-maltempati) kienu jeħduha bħala wirja tas-setgħa t’Alla. Namar tfisser għemil.
Jekk tagħmel ix-xita f’Santa Bibjana, iddum tagħmel xita erbgħin ġurnata.
Jekk lejn il-bidu ta’ Diċembru tagħmel ix-xita, din tibqa’ tagħmel għal erbgħin jum. Santa Bibjana tiġi fit-2 ta’ Diċembru.
Sinjur, ipprovdi lill-għażżien għax il-bieżel jiddubbaha minn kullimkien.
Min jaħdem u jistinka jgawdi frott ħidmietu, mentri l-għażżien mix-xejn ma jgawdi xejn.
Ir-reliġjon tqawwi r-ruħ kontra kull dwejjaq.
Ir-reliġjon tagħti t-tama lill-bniedem.
Is-sewwa bin Alla.
Min jagħmel dak li hu sewwa jkun qed jagħmel ir-rieda t’Alla.
Jekk tagħmel ix-xita f’tar-Rużarju filgħodu tkun bikrija, jekk waranofsinhar tkun imwaħħra.
Meta x-xita tiġi fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru, jekk ikun filgħodu tagħmel ix-xita kmieni fl-istaġun u jekk filgħaxija tagħmel ix-xita tard fl-istaġun. Il-Madonna tar-Rużarju tiġi fis-7 ta’ Ottubru.
Jekk taqa’ n-nida lejlet Santa Luċija, il-qoton jitrabba bla tbatija.
Jekk tagħmel in-nida lejn nofs Diċembru, dan ifisser li l-qoton jitrabba bla sforz. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
Is-sewwa ħabib Alla.

Meta jmut qassis jiġbed sebgħa.
Superstizzjoni Maltija li jekk imut qassis, imutu sebgħa oħra warajh.
Jekk toħroġ is-seftura, toħroġ is-sinjura.
Jekk it‑temp jippermetti li toħroġ Santa Katerina, mela jippermetti li toħroġ ukoll il‑Kunċizzjoni. Dari s-sinjuri kollha kellhom is-seftura fi żmien meta l-klassijiet soċjali kienu wesgħin ħafna u ’l bogħod minn xulxin; fil-lingwaġġ ta’ dak iż-żmien, qabblu liż-żewġ...
It-tiġieġa hi u tixrob tiżżi ħajr ’l Alla.
Il-ħolqien kollu huwa rikonoxxenti għal dak li tah Alla.
Jekk toħroġ Santa Katerina, toħroġ il-Kunċizzjoni.
Jekk it-temp jippermetti li toħroġ Santa Katerina, mela jippermetti li toħroġ ukoll il-Kunċizzjoni. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru u l-Kunċizzjoni tiġi fit-8 ta’ Diċembru.
Jekk għandek jiswielek, u Alla jgħinek bi ġmielek.
Lil min għandu l-flus, id-dinja tidħaqlu.
Jien bħal San Tumas; irrid nara b’għajnejja u mmiss b’idejja.
Ċerti nies ma jemmnux kulma jisimgħu, iridu l-provi.
Jekk tagħti sold karità, Alla jipprovdilek lira.
Għal kull ftit flus li tagħti karità, Alla jagħtik ħafna iżjed lura.
Laqgħa tal-Vitorja toħroġ bil-bandiera u glorja, laqgħa tal-Kunċizzjoni xi darba taqa’ fil-kwistjoni.
Superstizzjoni fejn kienu jemmnu li jekk koppja tiltaqa’ fil-Vitorja, ir-relazzjoni tirnexxi; jekk tiltaqa’ fil-Kunċizzjoni, ma tirnexxix. Il-Vitorja tiġi fit-8 ta’ Settembru u l-Kunċizzjoni tiġi fit-8 ta’ Diċembru.
Kif tagħlaq iċ-ċinkwanta, ix-xitan jibda jittanta.
Malli tagħlaq ħamsin sena jibda jinqala’ ħafna iżjed minn kollox: uġigħ, mard, kumplikazzjonijiet u stramberiji oħra li qabel ma kontx tħoss.
Kontra s-swar t’Alla m’hemmx kanuni.
Ħadd ma jista’ għal Alla.
L-ewwel karità ma’ lħitek, jgħid San Pawl.
Aħseb f’ħaddieħor, mhux fik innifsek biss. (I)lħitek tirreferi għal geddumek.
Kulħadd bis-slaleb u s-slaleb Alla jibgħathom.
Is-slaleb jibgħathom Alla u għalhekk wieħed għandu jaċċettahom.
Min jaħseb fil-mewt ma jidnibx.
Xi darba kulħadd se jmut, għalhekk kulħadd għandu jgħix ħajja tajba.
L-ewwel jien u Alla sidek.
Il-bniedem egoist.
Teħodha mingħand il-patri biex ittiha lill-qassis.
Tagħmel xi ħaġa ħażina biex mingħalik tagħmel xi ħaġa tajba mkien ieħor.
Nhar il-Lunzjata tiġi l-bilbla u tmur l-alwetta.
Għall‑ħabta tal-Lunzjata, l-alwetta tisparixxi u tiġi l‑bilbla (dawn żewġ tipi ta’ għasafar). Il-bilbla tagħmel Malta minn Marzu sa Ottubru u l-alwetta tpassi fil-ħarifa. Il-Lunzjata tiġi fil-25 ta’ Marzu.
L-għarbiel ta’ Alla rqiq.
Alla jippremja biss lil dawk li tassew ħaqqhom.
Li ġej Alla biss jafu.
Alla biss jaf x’hemm fil-ġejjieni.
Nhar ta’ Sibt, ħin jew ieħor għandha toħroġ ix-xemx.
Superstizzjoni li nhar ta’ Sibt dejjem toħroġ ix-xemx, għax huwa jum il-Madonna u dan huwa l-jum li fih il-Madonna tnixxef il-ħrieqi tal-Bambin Ġesù.
Nhar il-Vitorja n-nies kollha lbies u borja.
Fil-festa tal-Vitorja, in-nies tal-parroċċi li jiċċelebraw il-festa ta’ Marija Bambina jħobbu jilbsu sabiħ u jħossuhom kburin. Borja tfisser ftaħir.
Lil min jigdem Alla ma jtihx snien.
Min jagħmel il-ħażin lill-ħaddieħor, Alla ma jtihx it-tajjeb.
Min joqgħod għal li jgħidu n-nies jista’ ma jmurx quddies.
In-nies jgħidu ħafna xorti u m’għandekx tagħti kashom.
Nhar l-Imnarja l-bajd itir fl-arja.
Dari l‑prezz tal‑bajd kien jiżdied ġmielu lejn l-aħħar ta’ Ġunju minħabba li kien ikun hemm inqas provvista. L-Imnarja tiġi fid-29 ta’ Ġunju.
Nhar San Girgor il-kaboċċi tiha lill-ħmar.
Sal-festa ta’ San Girgor, il-kaboċċi ma jkunux għadhom tajbin għall-ikel. San Girgor jiġi fit-12 ta’ Marzu.
Ma’ Alla ma tiċċajtax.
Alla ma jista’ ħadd għalih.
Aħjar nagħmilha mal-kbir milli miegħek.
Aħjar ikolli x’naqsam max-xitan milli miegħek.
Min ma jsumx f’Ras ir-Randan jikluh il-klieb.
Min ma jsumx f’Ras ir-Randan għajb għalih.
Nhar San Ġużepp jidher il-buqrajq.
Lejn il-festa ta’ San Ġużepp, jibda jidher il-buqrajq (għasfur tal-ispeċi Caprimulgus europaeus). San Ġużepp jiġi fid-19 ta’ Marzu.
Ma tistax isservi ’l Alla u x-xitan.
Ma tistax tagħmel żewġ affarijiet opposti fl-istess ħin.
Ħobż ix-xitan ma jxabbax.
Dak kollu li tkun akkwistajt bid-diżonestà ma tgawdihx.
Mingħajr qaddisin ma titlax is-sema.
Biex tasal fejn trid, jeħtieġ li ssib min jgħinek jew jgħaddilek kelma.
Raġel id-dar, xitan fuq xkaffa.
Raġel li joqgħod id-dar, joqgħod jindaħal lil martu.
Nhar San Mattija żriegħ it-tomnija, u la mwaħħar u la bikrija.
F’San Mattija għandu jinżara’ l‑qamħ. It‑tomnija tirreferi għat‑tgħam u mwaħħra tfisser tard fl‑istaġun. San Mattija jiġi fl‑24 ta’ Frar.
Meta Alla jrid jiftaħ qrib, la taf mnejn u lanqas kif.
Ma nistgħux inkunu nafu kif u meta Alla jiddeċiedi li jgħinna u jipprovdilna.
Id-dinja rota, in-nies imgħażel u x-xitan jagħżel.
Tul il-ħajja dejjem insibu xi ħaġa tittanta. Imgħażel huwa għodda għall-insiġ.
Nhar San Mikiel l-alwetta tidher xi mkien.
Għall‑ħabta tal-festa ta’ San Mikiel, l‑alwetta (tip ta’ għasfur) tkun għadha tidher. San Mikiel jiġi fid-29 ta’ Settembru.
Meta Alla jtina l-bqija tax-xita, l-ilbies tas-sbul jitwal ’il fuq mill-komma.
Il-qamħ ikompli jikber meta x-xita tagħmel f’waqtha.
Il-ġenna ma jidħlux xjaten.
Ix-xitan jagħmel li jrid bil-bniedem, iżda mhux b’Alla. Dan ifisser li xi darba t-tajjeb għad jirbaħ fuq il-ħażin.
Nhar San Pawl it-temp iqalleb seba’ darbiet.
Fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, fil-25 ta’ Jannar, it-temp ikun instabbli ħafna.
Mewt u xita Alla jaf meta.

Risq u magħmudija, ġo kull kamra tidher dija.
Il-magħmudija ta’ tarbija ġġib ir-risq u l-ferħ fil-familja.
Il-ħbiberija tax-xitan twassal sal-bieb tal-ħabs.
Jekk tippreferi tagħmel il-ħażin, xi darba għad tieħu l-kastig li jkun ħaqqek.
Nhar Santa Barbara ż-żara’ jikber għabara.
Fil-festa ta’ Santa Barbara, fl-4 ta’ Diċembru, it-tgħam (iż-żara’) jikber kemm suppost (għabara).
Skont il-qaddis ix-xemgħa.
L-imġiba tal-ġenituri tiġi riflessa f’uliedhom, għax l-influwenza tagħhom hija kbira.
Min għandu lil Alla għandu kollox.
Min ikollu lil Alla f’qalbu jilħaq il-milja ta’ ħajtu.
Is-supperv lanqas ix-xitan ma jaħmlu.
In-nies suppervi tant jimbuttawk li saħansitra anke lix-xitan idejqu.
Ix-xitan fuq il-gods il-kbir imur jagħmel.
Ix-xitan lis-sinjuri (il-gods) imur jagħtihom il-flus.

F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.
Sal-Qaddisin Kollha r-riħ jiġi bil-bolla.
Ir-riħ mill-Majjistral idum ġej sal-bidu ta’ Novembru. Il-Qaddisin Kollha tiġi fl-1 ta’ Novembru.
Min ħabb lil Alla u r-reġina ma batiex.
Min ġab rispett lil Alla u obda l-liġi ma kellux problemi.
Ruħek lil Alla, ġismek lit-trab, ħwejġek lil niesek u ismek lill-ktab.
Wara li mmutu, ruħna tmur għand Alla, ġisimna jitmermer, l-affarijiet tagħna jmorru għand qrabatna u nispiċċaw biss isem fi ktieb.
Fil-Milied il-lewż naqsmuh mal-bews.

Min ħalaqna jaf bina.
Alla lil kulħadd iħares.
San Bartilmew għandu l-muftieħ tax-xita.
Tibda x-xita lejn it-tielet ġimgħa t’Awwissu.
Ix-xitan ġie għal sehmu.
Xi ħaġa ħażina bilfors trid tinqala’ meta kollox ikun sejjer sew.
Ix-xitan jaf jagħmillek borma iżda ma jagħmillekx l-għatu.
Meta kollox ikun miexi sew, jinqalgħu problemi li ma tkunx qed tistenna.
San Lawrenz ix-xahar tas-sħana.
Tagħmel ħafna sħana f’Awwissu. San Lawrenz jiġi fl-10 ta’ Awwissu.
Min hu sewwa m’Alla ma jonqsu xejn.

Ix-xitan jaħleb bla mogħża.
Ix-xitan joħloq problemi li qatt ma tkun immaġinajt.
San Martin ikisser it-tin u Katarin tisqih mill-fin.
It-tin taċ-ċappa nikluh fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru u fit-tielet ġimgħa x-xita ssaqqi s-siġar tat-tin għall-istaġun ta’ wara. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru u Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
Min iħobb mara u ħmara, wiċċ Alla qatt ma jara.
Il-bidwi, minflok iħobb lil Alla, kien jispiċċa jħobb lil martu u l-ħmara tiegħu aktar.
San Martinek tajjeb, agħmel ħiltek biex il-lant ikunlek tajjeb.
Il-bidwi għandu jaħdem u jistinka f’Novembru biex igawdi wara. Il-lant jirreferi għan-negozju. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
Dak li jagħqad sa San Mikiel jidħol fil-miżien.
Dak li jinħasad sal-aħħar ta’ Settembru (eż. l-patata) tajjeb ukoll u tista’ tbigħu.
Min jagħti lill-fqar ikun qed jislef lil Alla l-imbierek.
Min jagħmel karità mal-proxxmu jogħġob lil Alla.
Ix-xitan jgħabbik, irikkbek u jħallik.
Wara li jkun waqqgħek fit-tentazzjoni, ix-xitan iħallek tbati l-konsegwenzi ta’ għemilek waħdek.
Ix-xitan jibża’ mill-ilma mbierek.
Il-ħażin trid tiġġilidlu bit-tajjeb.
Min jislef lill-fqir ikun qed jislef lil Alla.

San Mattew qtigħ ir-rummien u żriegħ it-tewm.

San Mattija, iżra’ t-tomnija la mwaħħra u lanqas bikrija.

Ix-xitan kelb u tgħidx kemm iħobb jinki.
Ix-xitan jgħir għall-bniedem u għalhekk jinkih u joħloqlu ħafna problemi.
Min jisma’ mill-mara wiċċ Alla qatt ma jara.
L-ewwel għandu jiġi Alla, imbagħad martek jew żewġek.
Min jisma’ żewġ quddisiet imut ikkalzrat.
Superstizzjoni li min jilgħabha tal-qaddis imbagħad jagħmel il-ħażin, jiġi kkastigat minn Alla u jmur il-ħabs (= ikkalzrat).
Sant’Andrija nofs il-miżirgħa miżrugħa u nofs il-muna mitmugħa.
Lejn l-aħħar ta’ Novembru ż-żerriegħa tkun inżergħet kollha u ħafna mill-ikel li jkun maħżun (il-muna) ikun diġà wasal biex jispiċċa. Sant’Andrija jiġi fit-30 ta’ Novembru.
Min jitma f’Alla ma jonqsux.
Min għandu tama (= jitma) f’Alla, ikollu l-għajnuna kollha tiegħu.
Ix-xitan l-ewwel jagħmillek maskra, imbagħad ineħħihielek.

Min ma jemminx f’Alla ma jemmen b’xejn.
Min ma jemminx f’Alla m’għandux gwida fil-ħajja.
Sant’Antnin isib il-ħwejjeġ mitlufin.
Sant’Antnin isiblek l-affarijiet kollha li tkun tlift.
Ix-xitan l-ewwel jagħtik imbagħad idoqq it-trumbetta bik.

Sant’Antnin itella’ l-qannata minn ġol-bir.

Mulejja, fix-xitwa agħtina xitwina u fis-sajf agħtina sajfitna.
Nitolbu lil Alla biex it-temp dejjem ikun favurina u f’waqtu.
Ix-xitan li jdoqq it-trumbetta jaqbad miegħek lambranzetta.
Ħabib wiċċ b’ieħor ixandrek ma’ kulħadd u wara jiġi jilgħabha ta’ ħabibek.
Santa Barbara la deni u lanqas ħsara.
Santa Barbara teħlisna mir-ragħad u s-sajjetti. Santa Barbara tiġi fl-4 ta’ Diċembru.
Mulejja, is-sabar sal-qabar.
Nitolbu lil Alla jagħtina l-paċenzja naffrontaw il-ħajja sa mewtna.
Ix-xitan m’għandux ħalib u jagħmel il-ġbejniet.

Ix-xitan m’għandux ħalib u jrid iradda’.

Orqom ħsiebek mar-rieda t’Alla.
Qis li dak li tagħmel u taħseb ikun skont ir-rieda t’Alla.
Taħfer ta’ Nisrani, tinsa ta’ ħmar.
Li timxi mal-prinċipju Nisrani li taħfer lil min ikun għamillek xi deni ma jfissirx li tkun iblah u li fil-futur ma toqgħodx attent minnu.
Li jagħqad f’San Mikiel jidħol fil-miżien.

Santa Katrina fora gallina.
Il-passa tal-gallina tkun spiċċat sal-aħħar ta’ Novembru. Il-gallina hija tip ta’ tajr (Scolopax rusticola). Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
Ix-xitan ma jħalli lil ħadd bi kwietu.

Qabel ma trodd, Alla ma jaħfirx.
Alla jaħfirlek biss jekk trodd lura dak li tkun sraqt.
Fix-xahar tar-rużarju aħrat u tenni biex meta taħsad ikollok biex tgħanni.
F’Ottubru l-bidwi jagħmel sew li jaħrat kemm jiflaħ il-ħamrija, biex meta jiġi biex jaħsad ikun kuntent.
Santa Katrina lesti x-xbiek għal ġol-kantina.
Il-kaċċa tal-għasafar tkun waslet fi tmiemha lejn l-aħħar ta’ Novembru. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
Qalb il-bniedem Alla biss jaf x’fiha.
Il‑bnedmin jistgħu jaħbu minn xulxin, iżda mhux minn Alla.
Ix-xitan mhux ikrah daqs kemm ipinġuh.
In-nies iħobbu jesaġeraw il-ħażin.
Santa Marija jibdew l-għarajjex.
L-ewwel xita tkun mistennija f’nofs Awwissu. Santa Marija tiġi fil-15 ta’ Awwissu.
Fellus ta’ Lulju jagħtik bajda f’San Pupulju.
Il-flieles li jfaqqsu f’Lulju jbiduh tard il-bajd.
L-għaġla mix-xitan.
L-għaġla bħax-xitan, iġġegħelna nagħmlu l-affarijiet ħażin.
Santa Marija żriegħ it-tomnija.
It-tgħam li jkun fadal għandu jinżara’ f’nofs Awwissu. Santa Marija tiġi fil-15 ta’ Awwissu.
Sejħa mingħand Alla ssewwi kollox.
Alla jintervjeni biex jeħlisna mill-problemi.
Warrab mid-dnub u eħles mid-dejn.
Li tiċċappas bid-dejn huwa ħażin daqslikieku tiċċappas bid-dnub, mela eħles minnu.
Santa Tereża, il-bidwi jsuq il-ħmar bin-niggieża.
F’Ottubru l-bidwi għandu jaħrat l-għalqa kemm jiflaħ biex ir-raba’ jrendi. Santa Tereża tiġi fis-16 ta’ Ottubru.
Min joħroġ fil-lejl tal-Milied, irid jiekol tliet darbiet.
Meta dari kienu jsumu lejliet il-Milied, kienu jieklu wara l-quddiesa ta’ nofsillejl, f’nofsinhar u filgħaxija f’jum il-Milied.
Siegħa mingħand Alla ssewwi kollox.
Alla jara kif jagħmel biex joħroġna mill-problemi.
L-imżattat sa mix-xitan mibgħud.
In-nies prużuntużi lil kulħadd idejqu.
Twelid f’Santa Marija jiġi msejjaħ għat-tiġrija.
F’Għawdex, it-tiġrijiet tal-bhejjem isiru nhar Santa Marija. Santa Marija tiġi fil-15 ta’ Awwissu.
Skont il-muntanja Alla jibgħat is-silġ.
Alla qatt ma jibagħtilna iżjed sfidi milli tassew nifilħu.
Tax-xitan imur għand id-dimonju.
Dak kollu li jsir jew jinkiseb bis-serq jew bil-qerq ma jitgawdiex.
Twelid fl-ewwel ta’ Jannar hu mfakkar minn kull kampnar.
Min jitwieled fl-Istrina xortih tajba għax ikun għadu żmien il-festi.
Viva San Filep, la x-xitan irid hekk.
Ngħiduha lil xi ħadd li jkollna naqblu miegħu, anke jekk ma rridux.
Xemx u xita Alla jaf meta.
Alla biss jaf x’hemm jistenniena fil-futur.

Biex tiskonġra trid tkun pur.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.