Min jiftaħ biebu, jitlef lil uliedu.Meta wliedek jibdew joħorġu mid-dar titlifhom, għax jibdew jagħmluha ma' kumpanija ħażina.
Min jitlef lil ommu jirbaħ l-għera, min jitlef lil missieru jirbaħ il-ġuħ.Dari kienu jbatu d-dar u t-tfal meta tmut l-omm, u kienu jbati fil-flus meta jmut il-missier.
Mhux fejn kull dwejra ssib siġra tal-ħummejra.Mhux kull familja għandha l-paċi u l-hena. Ħummejra hija petunja (Petunia axillaris).
L-ulied huma biċċa mill-qalb.L-ulied dejjem jibqgħu f'qalb il-ġenituri tagħhom, anke meta joħorġu mid-dar.