qawl.mt

QWIEL MALTIN

ir-relazzjonijiet

L-imġiba tan-nies ma' xulxin.

Il-ħabib ħobbu b’għewiedu.

Jeħtieġ li ħabib taċċettah kif inhu, bil-preġji u d-difetti tiegħu b’kollox. Għewiedu tfisser id-drawwiet tiegħu.

Il-ħbieb sal-bieb.

Il-kunfidenzi żejda m’għandekx xi tridhom, għax inkwiet iġibu magħhom.

L-għira bażwija.

Min jgħir ħafna għalik, jasal biex saħansitra jgħir ukoll għall-ħażin tiegħek.

Min jimpika jispikka.

Min jimpika aħjar ikun ċert li jista’ jirbaħ għax l-attenzjoni tkun fuqu, u jekk jitlef jaqa’ iżjed għaċ-ċajt.

Nies annuna jgħixu bla muna.

In-nies li kapaċi jgħinu lil xulxin, jgħixu iżjed kuntenti u ma jħossuhomx waħedhom. Il-muna hija l-ħażna tal-ikel.

Ostorni biex nostrok.

Għattili l-ħażin li nagħmel biex jiena ngħattilek tiegħek. Ostorni tfisser aħbini u nostrok tfisser naħbik.

Tajtu pesta u tani ċmajra.

Tagħti kemm tiflaħ bl‑abbundanza iżda toħroġ diżappuntat meta tieħu lura bil‑wisq inqas milli stennejt.

Wara tmellisa stenna gidma.

Min joqgħod jittrattak b’ħafna ħlewwa, wara jagħtik bis-sieq meta jieħu dak li jkun ried mingħandek.

Xi ħabib jittradik.

Trid tkun lest li xi darba jew oħra se jkollok ħabib li jweġġagħlek qalbek u jittradik.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.