Nitgħallmu ħafna affarijiet biż-żmien.
Għax-xiħa taħdit u l-imgħażel.
Dari n-nisa xjuħ ma kellhomx biex jedhew ħlief fil-paroli u fl-insiġ. L-imgħażel huwa għodda għall-insiġ.
Kategoriji: il-mara | ix-xjuħija | iż-żmien
Qwiel relatati
Ixjeħ m’aħna, itqal qantarna.
Fil-ħajja l-ħin kollu ġġarrab, u fi xjuħitna dan it-tiġrib ikompli dejjem jiżdied.
Min jixjieħ jerġa’ jsir tifel.
Meta tixjieħ u titlef saħħtek u s-sens tar-raġuni tispiċċa tiddependi fuq ħaddieħor, bħat-tfal.
L-inbid ħalib ix-xjuħ.
Ix-xjuħ iħobbuh ħafna l-inbid.
Insa l-warrani u aħseb f’li ġej.
Li ġara fil-passat tagħtix kasu iżjed, u aħseb fil-futur minflok.
Min ma jismax minn min hu akbar minnu l-hemm jhemmu.
Agħti widen lil min hu ikbar minnek, il-pariri tiegħu msejsa fuq l-esperjenza tal-ħajja. L-hemm jhemmu tfisser li l-għawġ jinkwetah.
