qawl.mt

kategorija

l-imħabba

Ħotba f’San Mark tpoġġik taħt l-art.

Superstizzjoni ta’ dari fejn kienu jemmnu li bħalma f’San Mark tagħmel ħafna xita li teqred l-uċuħ tar-raba’, bl-istess mod il-ħotba (meta kienu jlaqqgħu mara u raġel) kien hemm ċans kbir li ma tirnexxix.

Meta tobrom il-ġiżimina, l-Għarbija għan-namra fina.

Dari kienu jemmnu li l-ġiżimina (fjura tal-ispeċi Jasminum officinale) daħħluha Malta l-Għarab ta’ Tuneż u li fi żmienha, jiġifieri bejn Ġunju u Novembru, it-tfajliet Għarab kienu jingħataw iżjed għan-namra.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.