Ġunju xahar tad-dris u fis-sodda tħoss il-qris.
F’Ġunju jsir id-dris, iżda huwa wkoll żmien il-briegħed.
Ġunju kbir, rasu ras il-ħmir.
Ġunju għandu rasu iebsa (bħall-ħmar) għax sħana biss jagħmel.
Ġunju jdewwaqna l-frott.
F’Ġunju jilħaq il-frott.
Ġunju ħanin, ixabba’ lill-bidwi u lill-fqir.
F’Ġunju l-bdiewa jagħmlu l-flus, u l-foqra ma jbatux daqstant.
Ġunju għall-għomma manju, fis-sodda jagħtina banju.
F’Ġunju nkunu għarqana xraba.
F’Ġunju tidħol l-għassa.
F’Ġunju tispiċċa r-rebbiegħa u jibda s-sajf.
F’Ġunju s-suq mimli ħut u s-sajjied bil-flus fil-but.
F’Ġunju l-bdiewa u s-sajjieda jibdew jaqilgħu l-flus mill-prodott tagħhom.
F’Ġunju jsib il-ftiet, il-bidwi u s-sajjied.
F’Ġunju l-bdiewa u s-sajjieda jibdew jaqilgħu l-flus mill-prodott tagħhom.
F’Ġunju bdiewa għarqana u wċuħ daħqana.
F’Ġunju l-bdiewa jkollhom ix-xogħol, imma jkunu kuntenti.
Ġunju Ġunjett ineħħi l-qmis u d-dublett.
F’Ġunju ntajru l-ħwejjeġ minn fuqna.