qawl.mt

is-saħħa u l-mard

Il-valur tas-saħħa u t-tbatija tal-mard.

Sal-erbgħin il-qabar miftuħ.

Omm li tkun għadha kemm kellha tarbija, trid toqgħod attenta għal saħħitha fl-erbgħin jum ta’ wara għax iċ-ċans li tmut ikun ikbar. Dan kien veru speċjalment dari, meta l-kura tas-saħħa ma kenitx avvanzata daqs tal-lum.

Id-duwa ogħla mix-xahar.

L-għajnuna soċjali li jagħti l-gvern kull xahar jaf ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ min m’għandux ħafna flus. Duwa tfisser mediċina.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.