In-nies giddibin huma komuni u moqżieża daqs iż-żibel.
Kategorija: il-gideb
Il-giddieb mhux emmnut.
Jekk tinqabad tigdeb, ħadd ma jibqa’ jemmnek.
Il-giddieb malajr jinqabad.
Min jigdeb ma jdumx ma jinqabad.
Il-giddieb jeħles mill-qattara u jeħel fil-miżieb.
Jekk ma tinqabadx f’gidba żgħira, żgur li tinqabad f’gidba kbira.
Il-giddieb irid ikun egħref mill-kittieb.
Min jigdeb bil-fomm irid jagħmel skorz ikbar minn min ikun gideb bil-miktub biex jiftakar xi jkun qal u ma jinqabadx.
Il-giddieb irid ikollu rasu tajba.
Min jigdeb irid jiftakar dak li jkun qal biex ma jinqabadx.
Il-giddieb ħalliel.
Min jasal biex jigdeb, jasal biex jisraq ukoll.
Il-giddieb għomru qasir.
Min jigdeb ma jdumx ma jinqabad.
L-omm għal uliedha giddieba u ħalliela.
L-omm minn kollox lesta tagħmel għal uliedha.
Mara mill-Imsida, il-gidba f’idha.
In-nisa Misidjani giddibin.