qawl.mt

QWIEL MALTIN

il-ħajja u l-mewt

Kollox jgħaddi. L-għaqal jinsab bejn il-ħajja u l-mewt.

Darba mmutu.

Agħmel dak li tista’ għax ħajja waħda għandek.

Man-nejbiet lesti l-kfejniet.

Dari kienu jmutu ħafna trabi meta jkunu waslu fl-età li jaqsmu n-nejbiet. Kfejniet tfisser twiebet żgħar tat-trabi.

Meta sewa ltewa.

Miet (= iltewa) fl-aqwa tiegħu jew fl-iżjed mument fejn ta’ madwaru kellhom bżonnu.

Tibni u tgħolli, tmut u tħalli.

Jista’ mhux ikollok flus u tagħmel suċċess (bħall-kuntratturi l-kbar), għax bħal kulħadd trid tmut u tħalli kollox warajk.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.