Raġel dejjem jeħlisha eħfef minn mara meta jagħmel xi ħaġa ħażina.
Billejl in-nisa kollha xorta.
Fid-dlam il-pjaċir sesswali kollu l-istess.
Xi wħud mill-qwiel b’rabta man-nisa u l-irġiel jagħtu perspettiva antikwata tar-rwoli tagħhom fis-soċjetà. Dawn għandhom jittieħdu fil-kuntest storiku tagħhom, u mhux bħala riflessjoni tal-valuri moderni.
Qwiel relatati
Kliem il-mara isimgħu u agħmel rajk.
Isma’ x’għandha xi tgħid il-mara, imma wara ddeċiedi inti.
Mara tal-għaqal iżżomm id-dar, tiġbor ʼl uliedha u xedda fin-nar.
Bis-saħħa tal-mara bieżla li tieħu ħsieb id-dar u t-tfal, il-familja tgħix kuntenta. Xedda tfisser ħatab.
Il-mara tilbes minn rasha u r-raġel minn saqajh.
Qawl inkejjuż: ir-raġel aqwa mill-mara!
Għaġin u torti u nbid bil-kwarti, u aħjar żaqqi minn żaqq marti.
Ċerti rġiel moħħhom biex jixxalaw u jiddevertu u lil marthom jinsewha.
Ir-raġel jiżra’ mtira u l-mara tagħmillu ftira.
Ir-raġel jaħdem fl-għalqa u martu ġġiblu x’jiekol. Mtira hija biċċa art.
