Aħjar tieħu mara armla bil-problemi tagħha, minn mara li trid dejjem ir-raġun (tamla hekk tfisser).
Il-mara tingħaraf minn għadietha.
Xi wħud mill-qwiel b’rabta man-nisa u l-irġiel jagħtuna perspettiva antikwata tar-rwoli tagħhom fis-soċjetà, u ma jirriflettux neċessarjament il-valuri moderni. Ħudhom għaldaqstant minn lenti storika. Apprezza r-rikkezza lingwistika u kulturali waqt li żżomm f’moħħok li ż-żminijiet u l-attitudnijiet inbidlu.
Raġel jaħlef u mara tibki temminhomx f’li jgħidulek.
M’għandekx temmen raġel li jaħlef u mara li tibki.
Il-mara sewda r-raġel tagħmlu għuda.
In-nisa samranin dejjem iridu wisq mingħand ir-raġel. Sewda tfisser samranija.
Iż-żina tixraq lill-mara.
Ma fiha xejn ħażin billi mara tiżżejjen.
Il-mara meta tidħaq trid tqarraq bik, u meta tibki tkun qarrqet bik.
Il-mara tkun lesta tqarraq bir-raġel f’kull ħin.
Aħjar mara ratba minn mara qaħba.
Mara għażżiena aħjar minn mara diżonesta.
In-nisa kollha fisa.
In-nisa jgħidu ħafna u ma tistax tafdahom.
Il-kliem żejjed ħallih għan-nisa.
Tgħid xejn bla bżonn.
Il-mara u l-pinna ma jissellfux.
Mara waħda u raġel wieħed għandu jkollok.
Billejl in-nisa kollha xorta.
Fid-dlam il-pjaċir sesswali kollu l-istess.
Ix-xbejba fit-tieqa ma turikx għamieqha.
Dari t-tfajliet li kienu joqogħdu fit-tieqa jsellmu kienu jitqiesu bħala mhux onesti. Għamieq tfisser tul.
Iż-żina żejda turi ftit għaqal.
Mara jew raġel li jiżżejjen wisq jitqies vanituż.
Id-dmugħ tal-mara bħall-bnazzi fix-xitwa.
Id-dmugħ tal-mara, dmugħ tal-kukkudrilli.
Mara ħobbha u turihiex, u milli jkollok tagħtihiex.
r-raġel għandu joqgħod lura milli jikkuntenta wisq lill-mara.
Mara li trabbi t-tjur, għall-kexxun iddur.
Mara li trabbi t-tjur, ftit li xejn kienet taqla’ flus.
Id-dbielet twal ikarkru t-trab, imma d-dbielet qosra jkarkru l-erwieħ.
In-nisa għandhom jilbsu onest.
Raġel bla ħila, aħjar xejn minnu.
Raġel li ma jkun kapaċi għal xejn, aħjar ma juri wiċċu mkien.
Il-mara b’sufha mbiegħed, ir-raġel tbiegħed.
Xagħar il-mara dejjem apprezzat mir-raġel. Sufha jfisser xagħarha.
Il-frawla saret u x-xebba ħmaret.
Il-ġmiel ta' frawla li tkun saret jitqabbel mal-ġmiel ta' tifla li tkun saret xebba.
Dar bla raġel niexfa bħat-taġen.
Dar mingħajr ir-raġel mhix kompluta.
Ma jistax ikun il-bettija mimlija u l-mara sakrana.
Ma jistax ikollok il-flus fil-but u tberbaqhom fl-istess ħin.