Aħjar tiżżewweġ raġel matur b'esperjenza tal-ħajja minn wieħed għadu żagħżugħ u iblah.
Raġel id-dar, xitan fuq xkaffa.
Xi wħud mill-qwiel b’rabta man-nisa u l-irġiel jagħtuna perspettiva antikwata tar-rwoli tagħhom fis-soċjetà, u ma jirriflettux neċessarjament il-valuri moderni. Ħudhom għaldaqstant minn lenti storika. Apprezza r-rikkezza lingwistika u kulturali waqt li żżomm f’moħħok li ż-żminijiet u l-attitudnijiet inbidlu.
Ix-xebba fraxketta, deheb u dubluni mimli kaxxetta.
Il-prostituta (= fraxketta) tmur tajjeb ħafna f'xogħolha. Dubluni huma flus.
Il-mara armla tqabbad ʼl uliedha jħufu fir-ramla.
Wara l-mewt tal-missier, il-familji kienu jbatu ħafna. Iħufu fis-sens ta’ jfittxu l-ikel.
Mara ħobbha u turihiex, u milli jkollok tagħtihiex.
r-raġel għandu joqgħod lura milli jikkuntenta wisq lill-mara.
Il-mara tqila ġo did-dinja turi l-ħila.
l-mara li tgħaddi minn tqala turi kemm għandha kuraġġ.
Meta bewsa tagħtik mara, imbagħad trid tara xi jkun ġara.
In-nisa manipulattivi u jiġu jinħabbu miegħek għax ikollhom bżonn xi ħaġa.
Ir-raġel qalbu qaqoċċa; jagħti werqa lil kulħadd imma l-qalba jagħtiha lill-mara.
Il-mara dejjem għandha post speċjali f’qalb żewġha.
Meta x-xebba tmur tiġbor il-kappara, żgur bid-dnewwa toħroġ minn darha.
Dari x-xebbiet tal-affari tagħhom ma kinux joħorġu waħedhom mid-dar, u dawk li kienu jagħmlu hekk (bħal pereżempju biex jiġbru l-kappar), kienu jitqiesu bħala sfrattati.
Il-kliem tan-nisa jaħraq bħan-nar.
Ilsien ta' mara jista' jweġġa' ħafna.
Il-mara li ma tifhimx b’daqqa ta’ għajn, ma tifhimx b’daqqa ta’ ponn.
Bil-vjolenza xorta m’intix se ddawwar il-fehma ta’ mara.
In-nisa qrieqeċ u l-irġiel mazzit.
L-irġiel ikollhom joqogħdu għal li jgħidu n-nisa tagħhom.
Mara b’tarbija ma tesagħhiex ta’ Brija.
Mara għandha toqgħod id-dar tieħu ħsieb it-tarbija. It-Triq ta’ Brija hija triq is-Siġġiewi.
Mara tal-għaqal iżżomm id-dar, tiġbor ʼl uliedha u xedda fin-nar.
Bis-saħħa tal-mara bieżla li tieħu ħsieb, il-familja tgħix kuntenta.
Raġel ħaddiem jiswa għal tnejn.
Raġel li kapaċi f’xogħlu jtella’ ħafna xogħol.
Mara tibki temminhiex.
Il-mara tkun lesta tqarraq bir-raġel f’kull ħin.
Il-mara ġabbara hi l-għana ta’ darha.
Bis-saħħa tal-mara bieżla li tieħu ħsieb, il-familja tgħix kuntenta.
Dar bla raġel niexfa bħat-taġen.
Dar mingħajr ir-raġel mhix kompluta.
Billejl in-nisa kollha xorta.
Fid-dlam il-pjaċir sesswali kollu l-istess.
Tifel, żagħżugħ jew xiħ, id-dinja xorta ddur għalih.
L-irġiel ħajjithom kollha iżjed liberi min-nisa.
Mara sabiħa, ġmielha jibqa’ sakemm titlef ġieħha.
Mara tibqa’ sabiħa jekk tagħraf tkun onesta.
Il-mara tal-kaċċatur hi bħall-mara tal-furnar, bi driegħ wieħed.
Il-mara kemm tal-kaċċatur kif ukoll tal-furnar dejjem nieqsa mill-flus.