Bil-grazzi ma timliex żaqqek.Meta tagħti servizz lil xi ħadd, tistenna li titħallas għax bil-grazzi biss ma tgħixx.
Mal-ewwel tisfira ħalli t-tifkira.Dari l-prostituti kien ikollhom raġel magħhom li malli jsaffrulu, jieħu ħsieb li l-klijent li jkun ħiereġ ikun ħallas. Tifkira tirreferi għall-flus.
Il-flus isiru jew b’rebħa, jew b’xi wirta, jew b’xi sejba.Issir sinjur huwa diffiċli ħafna sakemm ma tirbaħx xi lotterija, tiritx lil xi ħadd jew issibx il-flus xi mkien.
Kull min għandu ta’ Bulebel, id-dinja tagħtih widen.Min għandu l-proprjetà u l-flus ikollu r-rispett tan-nies. Ta' Bulebel tirreferi għall-proprjetà.
Id-dar bħall-knisja, dejjem jonqosha.Biex jinżammu fi stat tajjeb, id-djar u l-knejjes jeħtieġu ħafna flus.