Iż-żejjed jagħmel ħsara daqs in-nieqes.
kategorija
l-ikel
B’ħobża tagħmel mitt mil u b’mitt ħobża ma tagħmilx mil.
Meta kollox ikun miexi sew teħles malajr, iżda meta kollox jibda ġej bil-kontra, iddum ħafna iżjed.
Forn li biebu ma jingħalaqx, ħobżu ma jissajjarx.
Min hu ħalqu kbir jaqbad ipatpat mingħajr ma jaħseb fil-konsegwenzi.
Dak li jidħol mill-gerżuma ’l ġewwa kollu sewwa.
Bħalma l-bniedem jiekol biss ikel tajjeb, hekk ukoll jaf jagħżel it-tajjeb mill-ħażin.
Daqqa jmissek l-għadma u oħra l-laħma.
Fil-ħajja daqqa tiġik tajba u daqqa tiġik ħażina.
Għalija kull imdawwar qagħaq.
Xorta għalija, mhix ser tagħmilli differenza.
Ħa l-qamħ u ħalla l-ħliefa.
Żamm l-aħjar għalih u ħalla l-laqx lil ħaddieħor.
Il-ftira sħuna tajba.
Agħmel li għandek tagħmel mill-ewwel u taħlix żmien.
Aħjar nagħmillek libsa nkella nitimgħek.
Lil min iħobb żaqqu tiffranka l-flus jekk tonfoqlu l-flus fil-ħwejjeġ milli fl-ikel.
Aħjar taqtagħlu libsa milli tistiednu.

Il-forn li jara ħotobtu ma jsajjarx ħobżu.
Tidħaqx bid-difetti ta’ ħaddieħor għax id-difetti tiegħek huma ferm akbar.
Aktar ma niekol, inqas nara.
Jekk tiekol l-ikel kollu li jkollok fil-platt ma tibqax tarah, bl-istess mod li jekk tonfoq ġidek kollu ma jifdallek xejn.
Imżaqq tajjeb isemmen.
L-ikel (= imżaqq) tajjeb iħaxxen.
Bil-ġmiel biss ma nimlewx żaqqna.
Fl-antik il-flus tad-dota kienu importanti ħafna fiż-żwieġ; is-sbuħija tal-mara ma kenitx biżżejjed.
Il-ħmira żejda tħassar l-għaġina.
Iż-żejjed ma jagħmilx ġid.
B’idek il-waħda agħġen u bl-oħra keċċi l-qattusa.
Meta tkun għaddej b’biċċa xogħol, ara li ma jkunx hemm min iħarbatlek kollox.
Għall-fqir il-qamar musbieħ u l-basal tuffieħ.
Hemm min tant m’għandux biex li lanqas il-bażiku bħad-dawl (il-musbieħ) u l-ikel (it-tuffieħ) ma jaffordja.
Ħobż tax-xgħir, għasel f’dar il-fqir.
Min m’għandux flus ikollu jikkuntenta bi ftit.
Għajjur f’iklu, għajjur f’xogħlu.
Biex taqla’ x’tiekol trid taħdem u tistinka.
Għal naqra melħ tħassarx il-borma.
Għal naqra, agħmel ix-xogħol sew.
Aħjar ħobż xott f’darek milli frisk għand ġarek.
Tajjeb li tkun kuntent b’li għandek minflok tiddependi fuq ħaddieħor jew tixtieq tiegħu.
Iż-żaqq aktar ma tagħtiha aktar trid.
Aktar ma tiekol, aktar jagħtik aptit li tkompli tiekol, għalhekk importanti l-moderazzjoni.
Aħjar sbula minn għenba.
L-isbula tirreferi għall-ħobż u l-għenba tirreferi għall-inbid; l-ewwel ħu ħsieb l-essenzjali, imbagħad il-pjaċiri l-oħrajn.
Għarbiel irqiq trid għalih il-ħobż u d-dqiq.
Għax-xogħol li jirrikjedi ħafna ħin u logħob hemm bżonn tieħu paċenzja u tieħu ħsieb saħħtek.
Aħjar kisra sewda d-dar milli għasel għand il-ġar.

La tħallix il-qattus għassa mal-ħut.
Tafdax lil min taf li ma tistax toqgħod fuqu.
Kieku l-forn jara ħotobtu, ma kienx jaħmi ħobżu.

Ħobż il-fqir gerbubi u trid tiġri biex tilħqu.
Min ma jaqlax biżżejjed flus diffiċli jgħajjex il-familja. Gerbubi tfisser tond.
Ħobż u basal u strieħ xħin tasal.
Qabel kienu jieqfu minn biċċa xogħol meta jlestuha biss, u mhux qabel. Kienet ħajja diffiċli.
Għaġin u torti u nbid bil-kwarti, u aħjar żaqqi minn żaqq marti.
Ċerti rġiel moħħhom biex jixxalaw u jiddevertu u lil marthom jinsewha.
Għonq bla ras, tina bla toqba u tifla bla mistħija la fihom ħajr u lanqas ħotba.
Mara bla pudur ta’ min jaħrabha.
Il-ħobż tih lil min jaf jieklu u x-xogħol lil min jaf jagħmlu.
Biex l-affarijiet isiru sew, agħti biċċa xogħol lil min għandu l-ħila jinqala’ għaliha.
Il-maħbeż meta tmissu jaqbeż.
Qis li tlesti x-xogħol li għandek bħalissa qabel ma tibda xogħol ieħor. Maħbeż huwa forn tal-ħobż.
Il-frawla saret u x-xebba ħmaret.
Il-ġmiel ta’ frawla li tkun saret jitqabbel mal-ġmiel ta’ tifla li tkun saret xebba.
Fejn hemm il-ftehim il-basal isir laħam.
Meta jintlaħaq ftehim l-impossibbli jsir possibbli.
Ħu xi ħaġa fl-ewwel żjara li ġejt, biex ma jidħollix il-far.
Superstizzjoni: dari kienu jemmnu li meta tistieden lil xi ħadd għall-ewwel darba f’darek, jeħtieġ toffrilu l-ikel u dan għandu jaċċettah għax jekk le, jidħol spirtu ħażin f’għamla ta’ far fid-dar u jġib il-fell (risq ħażin).
Il-ħobż tal-fqir iebes.
Min m’għandux flus jgħix ħajja ta’ tbatija.
Imċappas bid-demm u laħam ma jikolx.
Tagħmel ix-xogħol inti u ġieli tispiċċa ma tgawdi xejn minnu.
Meta tagħti lili u nagħti lilek, la taħraq nar u lanqas seffud.
Meta nagħtu rigal lil xulxin, niġu qisna ma tajna xejn. Seffud huwa virga tal-metall li tintuża fit-tisjir il-forn jew fuq in-nar.
Ħut ta’ bla rjus fis-suq iġib il-flus.
Fl-istaġun tal-lampuki (jiġifieri f’Settembru u Ottubru) il-ħut iż-żgħir ikun imfittex u jġib il-flus.
Ħuta f’waqtha, u mhux fil-borma mlaqqta.
Il-ħut kulu eżatt kif issajru għax wara ma jibqax tajjeb.
Meta l-laħam hu ħażin, agħar jiġi l-brodu.
Mill-affarijiet il-ħżiena joħorġu affarijiet agħar.
Iż-żaqq ma fihiex ħġieġ.
Jekk trid ma tonfoqx ħafna flus l-ikel, ħadd mhu se jinduna.
Il-borma ma ssirx mingħajr nar, lanqas l-art tagħti mingħajr bżar.
Jeħtieġ li l-ħamrija tiddemmel sew biex il-frott u l-ħaxix joħorġu sbieħ. Bżar tfisser demel.
Iż-żaqq tal-bniedem hija ħela.
Tonfoqx iżżejjed fl-ikel.
Iż-żaqq tieħu li tagħtiha.
Tonfoqx iżżejjed fl-ikel.
Il-frott la jkun misjur aqtgħu.
Agħmel xi ħaġa f’waqtha u tħallix iż-żmien jgħaddi.
Il-fula bnina tagħmel il-fatra tqila.
Il-ful huwa ikel li jxebbgħek u jżommok.
Jekk tagħmel il-kont, il-borma ma ssajjarx.
Ma tridx tagħti kas kemm tonfoq fl-ikel, għax jiswa ħafna flus.
Il-ħarifa tbiddel l-arja u l-ħalib jitla’ fl-ajru.
Dari kien ikun hawn inqas ħalib fil-ħarifa u b’hekk il-prezz kien jogħla (= jitla’ fl-ajru).
Kisra tal-art ħelwa u tal-baħar morra.
Ix-xogħol ta’ fuq il-baħar huwa ferm iżjed diffiċli mix-xogħol fuq l-art. Kisra tirreferi għal kisra ħobż.
Kollox sewwa sakemm il-ħobż ikun id-dar.
Sakemm għandek xogħol li qed iqallgħek x’tiekol, m’hemmx problema.
Min għandu l-faħam miblul kull xkumvata jaħsibha gremxul.
Min jaf li għandu xi ħaġa fuq il-kuxjenza jaħseb ħażin. L-ixkumvat huwa ħelu tradizzjonali Malti tal-Milied.
La kiel il-laħma jeħtieġ imexmex l-għadma.
La intrigajt b’xi biċċa xogħol, agħmilha sew mill-bidu sal-aħħar.
Il-pastizz m’għandux jinkiser qabel ma tkun tlieta.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li biex tiekol il-pastizzi trid tkun grupp ta’ tlieta.
L-ewwel il-pappa, imbagħad l-umpappa.
Ix-xogħol u l-istudju jiġu qabel kull divertiment. Il-pappa tirreferi għall-ikel fuq il-mejda u l-umpappa tirreferi għad-daqqa li niżfnu u niddevertu magħha.
Min ixarrab il-bakkaljaw jieklu.
Min jagħmel il-ħażin lil ħaddieħor, dak l-istess ħażin jiġi fuqu.
L-ewwel terz inbid dejjem qares itiegħem.
Meta tibda biċċa xogħol, l-ewwel ftit dejjem jinħass diffiċli sakemm tikkarga.
It-tfal bħall-flieles, inaqqru dejjem.
Tfal f’saħħithom jiftħu l-aptit u jieklu l-ħin kollu.
Għalina l-Għid il-Kbir meta missierna jidboħ il-ħanżir.
Biż-żmien kollox jasal. Jidboħ tfisser joqtol.
Ħu l-inbid biex isir ħall u mhux il-ħall biex isir inbid.
Jekk tiżżewweġ lil xi ħadd b’karattru sabiħ, hemm ir-riskju li fil-futur ma jibqax sabiħ; jekk tiżżewweġ lil xi ħadd b’karattru ikrah, dan żgur qatt mhu ser isir sabiħ.
B’mitt elf sena ħsieb ma tixtrix galletta.
L-inkwiet ma jwasslek imkien.
Min jorqod bil-ġuħ joħlom bil-ftajjar.
Iktar ma jkollok xi ħaġa nieqsa li tkun tixtieq, iktar thewden u tiffissa fuqha.
L-ikel ma jiġix mix-xejn.
L-ikel bil-flus jinxtara, u trid taħdem għalihom.
Ma tismax minni, ma tikolx ħobżi.
Jew tagħmel kif ngħidlek jiena, jew ma nqabbdekx tagħmel xogħol iżjed.
Ix-xebba li tiekol fit-triq ma ssibx tiżżewweġ.
Superstizzjoni: dari kienu jemmnu li xebba li tiekol fit-triq hija vulgari u b’hekk ħadd ma jkun irid jaf biha.
Meta għandek maħbeż la żżidx ieħor, ħallih jaħbeż.
Meta jkollok furnata ħobż (= maħbeż) qiegħda tinħema, stennieha qabel tibda oħra, bl-istess mod li għandek taqbad biċċa xogħol oħra ladarba tlesti dik li għandek f’idejk issa.
L-ilma fil-bir ma jaqtax l-għatx.
Min hu finanzjarjament batut għandu bżonn l-għajnuna, imqar biex jixtri x’jiekol u jixrob.
Fl-aħħar tal-mazzita ssib il-qanċlita.
Wara li kollox ikun mar sew, fl-aħħar naqra jinqala’ l-inkwiet.
Iż-żaqq bil-ħobż timtela.
Il-familja titmagħha bil-ħobż u l-ikel tajjeb, għalhekk jeħtieġ li tkun bil-għaqal u ma tberbaqx flusek.
Fl-aħħar tal-mazzita ssib iż-żbiba.

Min hu għajjur f’iklu, għajjur f’xogħlu.
Jekk trid tiekol tajjeb jeħtieġ li tmidd idejk u taħdem.
Itwal iż-żmien miz-zalzett.
Il-ħajja twila u tagħtik ċans tirmedja għall-iżbalji.
Kul għal qalbek u imxi għal għajn in-nies.
Waħdek agħmel li trid, iżda man-nies imxi mal-kurrent.
Iż-żwieġ bħall-ħjar.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal meta ma tkunx taf kemm hi tajba ħjara qabel taqsamha.
Iż-żejt min jaħarqu u min jieklu.
Bħalma hawn min jaħraq (= jaħli) iż-żejt u min jużah (= jieklu), hawn min juża l-ħin tajjeb u hawn min jaħlih.
Iż-żwieġ dulliegħa.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal meta ma tkunx taf kemm hi tajba dulliegħa qabel taqsamha.
Min jaħdem fl-irqiq irid jiekol.
Min jagħmel xogħol tedjanti jew diffiċli fiżikament jeħtieġ jiekol sew.
Mhux billi twaħħal l-ixkaffa, trid tqiegħed il-ħobż fuqha wkoll.
Għall-għamara u t-tiżjin fid-dar ukoll irid ikollok il-flus.
Min jaħdem jaħġem.
Min jagħmel xogħol diffiċli fiżikament jeħtieġ jiekol sew. Jaħġem tfisser jibla’ (l-ikel).
Min jaħdem jiekol sardina u min ma jaħdimx jiekol gallina.
L-għażżien jew min ma ħaqqux igawdi minn fuq dahar min jagħmel xogħlu sew.
Ġurdien xiħ ma jmissux il-ġobon.
L-esperjenza tal-ħajja tgħallmek tħaddem moħħok u tkun makakk.
Aħjar tħallas lill-furnar milli lit-tabib.
Dejjem aħjar tonfoq flusek fl-ikel milli biex tmur għand it-tabib.
La tibtell l-għetejba toħla l-ilbieba.
Malli tagħmel l-ewwel xita wara sajf twil, jibda jaqleb it-temp u l-ikel jibda jiġina itjeb. Tibtell l-għetejba tfisser li tixxarrab l-għatba tal-bieb, u l-ilbieba hija l-biċċa r-ratba tal-ħobż.
Min m’għandux x’jiekol m’għandux x’jitma’.
Min mhux kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, mhux kapaċi jieħu ħsieb ħaddieħor.
Kelma mal-ħbieb xorrox fil-qlieb.
Ladarba tgħid kelma ma tistax tiblagħha lura. Qlieb huwa l-plural ta’ qaleb.
F’San Martin inkissru l-lewż, fil-Milied naqsmuh.
F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
F’San Martin jiftħu l-inbid u t-tin.
F’San Martin issib tixtri ħafna nbid u tin. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
Ħawsla tajba, ġewnaħ miksur.
Hemm min jimrad, iżda xorta ma jaqtax l-aptit.
Min jiekol il-laħma jeħtieġ imexmex l-għadma.

Malta ħanina ħobża u sardina.
Malta maħbuba ħafna mill-Maltin, minkejja li r-riżorsi naturali tagħha huma limitati ħafna.
L-ikel gosti, l-ilbies namuri u ż-żwieġ konġunturi.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, skont ix-xorti (= konġunturi).
Il-bniedem ma jgħixx bil-ħobż biss.
Il-bniedem għandu bżonn jitma’ mhux biss ġismu iżda anke ruħu biex ikun f’saħħtu.
Min jagħmel għal żaqqu jibqa’ bi spallejh mikxufin.
Min jonfoq ħafna flus għalxejn fl-ikel ma jkollux biex jagħmel affarijiet oħra.
Min jagħmel wisq għal żaqqu jispiċċa b’kiftejh mikxufa.

B’Alla u ż-żaqq ma jidħaq ħadd.
Il-bniedem għandu bżonn lil Alla f’ħajtu, bħalma żaqqu għandha bżonn l-ikel biex jgħix.
Il-wiċċ u t-tina ma jsirux bl-ilbies u ż-żina.
Il-ġisem jeħtieġ li jkun b’saħħtu permezz ta’ ikel tajjeb u sustanzjuż, mhux bl-ilbies u x-xinxilli. It-tina tirreferi għall-warrani.
Min fit-triq jiekol figolla lil żewġu jsib qalb il-folla.
Dari kienu jemmnu li jekk tiekol figolla fit-triq, issib l-imħabba ta’ ħajtek.
Min f’rokontu għandu l-barrada, jaf jidħaq b’sena farrada.
Min jaħżen l-ikel ma jkollux għalfejn jinkwieta meta tiġi sena ħażina għar-raba’, bl-istess mod li min ifaddal il-flus isibhom meta jiġi żmien ħażin. Barrada hija ġarra.
Għajnejh ikbar minn żaqqu.
Il-gula tagħmel bih li jitfa' fil-platt iżjed milli jiflaħ jiekol.
Għawdxi żokrati l-gremxul ħasbu kavati.
L-Għawdxin rgħiba ħafna. Kavati tfisser ftira.
Miskin, fqir u naqqar, għax f’ħeġma jibla’ ħobża d-dar.
Tant huwa fqir li l-ikel li għandu ma jxebbahx. Naqqar tfisser wieħed li jqanċeċ u ħeġma tfisser belgħa waħda.
Mhux kull min għandu snienu bojod jiekol il-ġobon.
L-apparenza tqarraq bik.
Nagħġa biż-żgħar, lesti turtiera u n-nar.
Il-laħam tal-ħaruf huwa apprezzat ħafna.
Nies annuna jgħixu bla muna.
In-nies li kapaċi jgħinu lil xulxin, jgħixu iżjed kuntenti u ma jħossuhomx waħedhom. Il-muna hija l-ħażna tal-ikel.
Min jibla’ wisq imur f’qasir il-għomor.
Min jiekol iżżejjed, jiżdied ħafna fil-piż u minħabba l-ħsara li jagħmel lil ġismu, imut.
Nhar l-Imnarja l-bajd itir fl-arja.
Dari l‑prezz tal‑bajd kien jiżdied ġmielu lejn l-aħħar ta’ Ġunju minħabba li kien ikun hemm inqas provvista. L-Imnarja tiġi fid-29 ta’ Ġunju.
Ġidra ta’ Jannar agħtiha ’l-ħmar.
Il-ġidra tixrief f’Jannar u ma tkunx tajba għall-ikel.
Fellus ta’ Frar, brodu u fran.
L-għattuqa ta’ Frar tajba ħafna għall-ikel.
Wara l-mejkla hemm min jerġa’ għax-xogħol, u hemm min jiġri għall-miġles.
Wara l-ikla, hemm min jerġa’ jmur lura għax-xogħol mill-ewwel biex ma jitlifx ħin u hemm min imur jistrieħ qabel ikompli fuq xogħlu. Mejkla tfisser ikla żgħira u miġles huwa bank tal-ġebel mingħajr dahar, li kienu joqogħdu bilqiegħda fuqu fl-imgħoddi f’xi kappelli jew...

F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.
Xkora mimlija timtedd trid.
Wara li tiekol ikollok bżonn tmur tistrieħ għax tħossok tqil u għajjien.
Fil-Milied il-lewż naqsmuh mal-bews.

Nannu xiħ bil‑kabozza u d-dulliegħ.
Meta raġel jixjieħ ma jagħmel xejn utli, ħlief jissaħħan bil‑kabozza (għamla ta’ kowt) u joqgħod id‑dar jiekol.
Xkora vojta ma tiqafx.
Meta bniedem ikun bil-ġuħ ma jagħmilx xogħol tajjeb, jeħtieġ li żaqqu tkun mimlija.
Fil-Milied nieklu tliet darbiet.
Dari kienu jsumu lejliet il-Milied, u b’hekk l-għada kulħadd kien ipattilu bil-kbir.
Min jiekol il-ħarrub jagħmel il-ħatab.
Min ma jikolx tajjeb, jagħmel ħsara kbira lil ġismu u jimrad.
Tindukrax ħut bil-qattus.

Min jiekol l-għads minn awlillejl minn waħda jara tnejn.
Superstizzjoni ta’ dari li l-għads huwa ta’ ħsara għall-vista.
Siġra ffruttata aħjar minn platt kawlata.
M’hemm xejn aħjar mill-frott sustanzjuż. Iffruttata tfisser mimlija frott.
Il-Milied iġib il-ħelu.
Fil-Milied ikollna diversi tipi ta’ ħelu, bħall-kejk tal-Milied, il-pudina, eċċ.
Mejju ħobża u sikkina għax kull ġid jagħtina.
F’Mejju jilħaq l-ewwel frott u nieħdu pjaċir bih.
Tbiħ imsaħħan jingħaraf minn togħmtu.
Tinduna jekk l-imħabba ta’ persuna tkunx ġenwina, bl-istess mod li mit-togħma tinduna meta l-ikel ikun imsaħħan u mhux frisk. Tbiħ tfisser ikel.
Tajba lumija d-dar.
Apparti li l-lumi huwa tajjeb ħafna fit-tisjir, jintuża wkoll għal diversi skopijiet oħra, nagħtu kas fit-tindif.
Min iħallas qabel ħut jinten jiekol.
Tħallasx wisq flus minn qabel għal dak li tkun ordnajt għax ix-xogħol ma jagħmluhulekx sew.
Xebba li tiekol fit-triq ma ssibx tiżżewweġ.
Superstizzjoni ta’ dari fejn kienu jemmnu li jekk xebba tiekol barra t-triq, kien ikollha xortih ħażina u ma tiżżewwiġx.
Il-bigilla saret u l-wiċċ tal-għalqa ħdaret.
Dari l-bigilla kienet tibda tinbiegħ għall-ħabta ta’ Ottubru, u f’dan il-perjodu tkun bdiet sew is-sena tal-biedja.
Żaqq mimlija trid it-tmiddija.

Żaqq mimlija, sodda tajba.

Xebba ta’ żmien il-kxif tal-miżwed malajr iġġabbar u twieled.
Superstizzjoni li xebba li titwieled jew tiżżewweg fix-xahar ta’ Marzu (żmien il-ful), ma ddumx ma ssibx raġel li jiżżewwiġha u jnisslilha t-tfal.
Lampuka mixwija tfakkrek fl-ikla xitwija.
Ottubru huwa l-istaġun tal-lampuki, u r-riħa tfuħ tal-lampuki mixwija tfakkarna li deħlin fil-ħarifa u x-xitwa.
Meta tisma’ jgħajjat il-werżieq, tista’ tmur għall-għeneb u t-tiniet.
L-għeneb u t-tin jilħqu f’Awwissu, żmien li fih spiss tisma’ l-ħoss tal-werżieq.
Żaqq mimlija ma tagħdirx oħra battala.
Min għandu l-flus ma jitħassarx lil min m’għandux.
Żaqq ta’ mara tesa’ ħobża u kelma ma tesagħhiex.
Tafdax lin-nisa għax mhumiex kapaċi jżommu sigriet.
Tal-bigilla ma qal xejn u r-rebħ tagħna għadu ġej.
Dari kien jgħaddi tal-bigilla jbigħ il-bigilla sħuna. Kien jagħti l-kas li l-bigilla tkun diġà bdiet f’Ottubru, imma x-xita tkun għadha ma bdietx.
kategorija
l-ikel
Aktar tmut in-nies bix-xaba’ milli bil-ġuħ.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.