Min m’għandux jew ma jridx jonfoq flus (= baħħ), aħjar jeqred bis-sħana (= iff) milli bil-bard (= aħħ), għax il-ħwejjeġ jiswew il-flus.
Kategorija: is-sħana
San Lawrenz ix-xahar tas-sħana.
Tagħmel ħafna sħana f’Awwissu. San Lawrenz jiġi fl-10 ta’ Awwissu.
Awwissu qatt ma ħamel lilu nnifsu.
Diffiċli tħobbu Awwissu, minħabba s-sħana li tagħmel.
Awwissu jaħbat ʼil-mara kemm imissu.
Ix-xemx ta’ Awwissu tkun qawwija ħafna.
Ix-xahar ta’ Awwissu s-sinjur u l-fqir iħissu.
Is-sħana ta’ Awwissu lil kulħadd taħqar.
Awwissu x-xemx taħarqu u x-xita tmissu.
Tagħmel l-ewwel xita f’Awwissu.
Ġunju kbir, rasu ras il-ħmir.
Ġunju għandu rasu iebsa (bħall-ħmar) għax sħana biss jagħmel.
Ġunju għall-għomma manju, fis-sodda jagħtina banju.
F’Ġunju nkunu għarqana xraba.
F’Ġunju bdiewa għarqana u wċuħ daħqana.
F’Ġunju l-bdiewa jkollhom ix-xogħol, imma jkunu kuntenti.
Ġunju Ġunjett ineħħi l-qmis u d-dublett.
F’Ġunju ntajru l-ħwejjeġ minn fuqna.
Mejju xahar il-fjuri, fih il-għomma tibda turi.
F’Mejju tibda s-sħana.
Marzu Marzell, bil-kabozza u bil-kappell.
F’Marzu xi kultant ikollok tilbes ġakketta għax il-bard, u xi kultant il-kappell biex tilqa’ x-xemx. Kabozza hija għamla ta’ kowt.
Aħjar il-bard ta’ Jannar mix-xemx li ma ssaħħanx.
Xemx li ma ssaħħanx ma fihiex gost. Aħjar il-bard.