Żomm f’moħħok il-konsegwenzi ta’ azzjonitek qabel tagħmel xi ħaġa.
kategorija
il-prudenza
Aħseb dejjem x’jiġri wara għax ta’ wara ma ġġibux ’il quddiem.

Aħseb ħafna, tkellem ftit, ikteb inqas.
Inqas ma taħseb, titkellem u tikteb, inqas hemm ċans li tagħmel żball.
Aħsibha qabel ma tagħmilha.

Aħxen il-komma mid-driegħ, jekklile huwa u dieħel jaqsamha.
Jekk il-komma tkun iżgħar mid-driegħ, id-driegħ ma jidħolx. Bl-istess mod, għandek tadatta skont is-sitwazzjoni.
Aktar hu ħafif biex taqa’ milli biex tqum.
Faċli iżjed tiżbalja milli ġġibha tajba.
Aktar ma tqalleb, aktar titqalleb.
Aktar ma tbiddel, aktar toħloq konfużjoni.
Ara u erġa’ ara qabel ma taqbeż.
Aħsibha sew qabel tieħu deċiżjoni.
Bejlek għajnek għax b’rasek idur.
Trid toqgħod attent biex ħadd ma jgħaddi ż-żmien bik.
Bin in-nies trabbihx, xbinek bi żbirr teħdux u l-mara turihiex kollox.
Trabbix tfal ta’ nies oħra, tiżżewwiġx pulizija u lill-mara tgħidilhiex kollox għax tużah kontrik.
Bin-nies ma tistax tboss.
Ma tistax tagħmel li trid għax in-nies jgħidu bik.
Bniedem avżat nofsu armat.
La tkun taf b’xi ħaġa minn qabel, għandek kull opportunità biex tlesti ruħek.
Bniedem imġarrab jibża’ minn dellu.
Bniedem li jkun għadda minn esperjenza kerha joqgħod iżjed attent fil-futur.
Bniedem mhux mistieden m’hemmx siġġu għalih.
Min ma jridekx mhux se jilqgħek.
Friex, żibel u ġieħ fittex wittih.
Tħallix lil min jipprova jħammiġlek ismek.
Dak li jagħmilhielek darba jagħmilhielek mitt darba.
Min diġà tak prova li ma tistax tafdah tkunx iblah u terġa’ tafdah.
Darba jingidem il-bniedem.
Tħalli lil ħadd iqarraq bik aktar minn darba. Tafdax.
Fejn ma tafx tindaħalx.
Jekk ma tafx biżżejjed dwar is-suġġett jew is-sitwazzjoni mela tgħid xejn u tagħmel xejn.
Fid-dinja ma trid taħlef għal ħadd.
M’għandekx tafda għax kulħadd kapaċi jiżbalja.
Fittex li tboss mingħajr ma tagħmel ħoss.
Dak li għandek tagħmel agħmlu b’mod diskret.
F’kull għemilek aħseb dejjem x’jiġri wara.

Għajnejk u widnejk misshom b’minkbejk.
Toqgħodx tmiss għajnejk u widnejk għax tlaqqat infezzjoni.
Għal min mhux mistieden m’hemmx siġġu għalih.
Min ma jridekx mhux se jilqgħek.
Għal musmar titlef in-nagħla.
Għal ħaġa mhi xejn tispiċċa titlef kollox.
Għasfur f’idejk aħjar minn mija fl-ajru.
Aħjar ikollok xi ħaġa fiċ-ċert minn ħafna affarijiet bla garanzija li xi darba se jkunu tiegħek.
Ħajt imżaqqaq għaddi bgħid minnu.
In-nies ta’ reputazzjoni ħażina m’għandekx xi tridhom, għax huma perikolużi daqs ħajt li ser jaqa’.
Ħalli rasek fejn issibha.
Qis li jkollok imġiba tajba u ma tagħmilx ħmerijiet.
Ħażin jagħmel min jimxi ħafi billejl.
Dejjem ħu l-prekawzjonijiet kollha, bl-istess mod li ma timxix ħafi fid-dlam.
Il-lejl għal-lpup.
Toħroġx tiġri barra billejl, evita l-periklu. Lpup huwa l-plural ta’ lupu.
Il-lejl għandu wliedu suwed.
Isiru ħafna affarijiet ħżiena billejl, mela oqgħod attent(a).
Il-lest lest.
Li tkun lestejt m’għandekx iżjed ħsiebu.
Is-self ħu t-telf.
Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int.
Is-self joħroġ jidħaq u jidħol jibki.
L-affarijiet tiegħek tieħu ħsiebhom, iżda meta tislifhom lil ħaddieħor kun af li mhux ser jieħu ħsiebhom bl-istess mod.
Is-self wisq drabi jinbidel f’telf.

It-tiġrija sal-barkun biex tintrebaħ.
M’għandek qatt tagħmilha fatta li rbaħt jew li xi ħaġa saret tiegħek, stenna sal-aħħar biex tevita d-diżappunt.
Ixxammarx kmiemek qabel ma jasal żmienek.
Tiftaħarx qabel ma jkollok tassew biex.
Jekk tiġbed wisq tinqata’ l-ħajta.
Tesaġerax u tabbużax għax ikollok tbati l-konsegwenzi.
Kelb rieqed la tqajmux.
Tagħmilx dak li taf li ser joħloq ħafna problemi.
Kull barrani jibża’ minn ta’ qattagħni.
Meta ma nkunux f’post jew sitwazzjoni li mdorrijin fiha, nibżgħu u noqogħdu iżjed attenti.
La ħablet jeħtiġilha tiled.
Kulma tagħmel għandu l-konsegwenzi tiegħu.
La tħallix il-qattus għassa mal-ħut.
Tafdax lil min taf li ma tistax toqgħod fuqu.
La tidħolx bejn il-basla u qoxritha għax tibqa’ b’riħitha.
Tindaħalx fejn ma jesgħekx għax inti tmur minn taħt.
L-aħjar triq tan-nofs.
M’hemmx isbaħ mill-moderazzjoni.
L-ajru għandu għajnu u l-ħajt għandu widintu u li jisma’ jgħidu ’l ibnu.
Trid toqgħod attent ħafna minn dak kollu li tgħid u tagħmel, għax malajr jgħidu bik u l-kelma tiġri.
Lil min iddarrih irabbi l-ġust.
Jekk xi ħadd jidra jagħmel jew jirċievi xi ħaġa, jibda jaħseb li għandu dritt għaliha.
Lil min tisilfu titilfu, lil min tagħtih iddarrih.
Meta tislef jew tagħti xi ħaġa lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhielek lura.
Meta r-ras iż-żgħira tkun fil-glorja, ir-ras il-kbira titlef il-memorja.
Il-ġibda sesswali fil-bniedem tant hi qawwija li ma jibqax jirraġuna meta tiġi l-okkażjoni li jkollu x’jaqsam. Ir-ras iż-żgħira tirreferi għall-parti sesswali tar-raġel.
Bnazzi fix-xitwa, trott ta’ bagħla u kappell ta’ miġnun, qatt iżżomm magħhom.
Il-bnazzi fix-xitwa, it-trott ta’ bagħla u n-nies imġienen qatt m’għandek tafdahom.
Mietet b’uliedha u lanqas ma ħalliet ġliedha.
Meta tislef oġġett jew il-flus lil xi ħadd, tistenniex li se jroddhomlok lura malajr jew fl-istess stat tajjeb li tkun slifthulhom int. Ġliedha tfisser il-ġilda tagħha.
Min iwiegħed fid-dejn jitqiegħed.
Meta twiegħed xi ħaġa lil xi ħadd, ikollok iżżomm dik il-wegħda u tintrabat biha (= tkun fid-dejn).
Min jagħmel għal żaqqu jbigħ xaqqu.
Min jipprostitwixxi ruħu jitlef ġieħu (= xaqqu) kollu.
Min jaħseb ħażin fi ħwejġu mhux dnub.
Min jieħu ħsieb l-affarijiet tiegħu ma jkunx qed jagħmel ħażin.
Min jerfa’ jsib.
Faddal il-flus u tarmix bl-addoċċ għax ma tafx x’għad tiġi bżonn.
Min jidħol bejn il-basla u qoxritha jibqa’ b’riħitha.

Min jislef jitlef.

Min jitma fit-tama, it-tama tqarraq bih; jagħmel ir-riħ fil-bomblu u jaħseb li se jsiefer bih.
Min jittama u jgħix fil-fantażija bla ma jieħu azzjoni għad jiddispjaċih maż-żmien.
Min jittama fil-ħaj, jew bla sens jew bla raj.
Min jittama f’ħaddieħor u jserraħ fuqu jiżbalja; tiddependi fuq ħadd. Bla raj tfisser bla volontà.
Ftakar fl-imgħoddi u aħseb f’li ġej.
Tgħallem mill-iżbalji li għamilt fil-passat biex ma terġax tagħmilhom fil-futur.
Min jittama fil-ħaj, la jkollu serva u lanqas raj.
Min jittama f’ħaddieħor u jserraħ fuqu jiżbalja; tiddependi fuq ħadd. Serva tfisser sens komun u raj tfisser volontà.
Min jittama għal ħwejjeġ il-ħaj, il-ħela għalih ikun ġej.
Min jittama f’ħaddieħor u jserraħ fuqu jiżbalja; tiddependi fuq ħadd.
Mhux il-libsa li tagħmel ir-raħeb.
L-apparenza tqarraq bik. Raħeb tfisser patri jew eremita.
Min jittiekel għal ħwejjeġ il-ħaj, il-ħela għalih ġej.

Min jittiekel għal ħwejjeġ niesu, b’rasu jdur.

Min jixrob l-ilma ma jagħlix.
Min jevita x-xorb alkoħoliku, wara ma jiddispjaċihx ta’ xi azzjoni li jkun għamel jew kelma li jkun qal meta kien fis-sakra.
Min jixrob l-ilma ma jilgħabx.

Min jiżloq fin-niexef jikxef għawaru.
Min jieħu żball meta ma jkollux għalfejn, jaqa’ għaċ-ċajt. Għawaru tfisser is-sigrieti tiegħu.
Min joqgħod pass lura qatt ma jagħli.
Min iqis l-affarijiet qabel ma jgħid jew jagħmel xi ħaġa, jew sempliċement iżomm is-skiet, qatt ma jiddispjaċih.
Min ma jaħsibx x’jiġi wara, la hu raġel u lanqas mara.
Min jagħmel xi ħaġa mingħajr ma jqis il-konsegwenzi tagħha juri li mhux responsabbli.
Iżra’ tajjeb u fil-waqt biex ma jibdielek qatt.
Agħmel kollox fil-ħin jew fiż-żmien opportun biex qatt ma jiddispjaċik, bħalma tiżra’ skont l-istaġuni.
Iz-zalza ogħla mill-ħut.
Dak li qed tipprova tagħmel fih wisq spejjeż u ma jaqbillekx tagħmlu.
Min twiegħdu tagħmlu jsilek.
Oqgħod attent għax dak li twiegħed jorbtok. Isilek tfisser ikun il-kreditur tiegħek.
Nofs għomrok ikun għadda meta tagħraf id-dinja xi ssarraf.
F’nofs ħajjitna nkunu tgħallimna mhux ħażin dwar il-ħajja, bis-saħħa tal-esperjenzi li nkunu għaddejna minnhom.
Oqgħod qgħadek, ara darek, ħares saħħtek u agħmel fagħlek.
Kun fejn għandek tkun, ħu ħsieb darek, ħu ħsieb saħħtek u agħmel xogħlok (fagħlek).
Midd riġlejk skont friexek.
Qis li tkun tiflaħ tħallas għal xi ħaġa qabel ma tintriga biha.
Orbot tajjeb ħalli ssib xi tħoll.
Ftehim serju għandu jsir bil-miktub u għandu jkun jorbot legalment mingħajr lakuni.
Għajnejn morda ma jridux dawl.
Xi ħadd konxju mid-difetti tiegħu toqgħodx issemmihomlu.
Pjaċir ħudu u mhux tagħtih.
Gawdi inti mill-pjaċiri li jagħmillek ħaddieħor, u mhux il-kontra.
Poġġi rasek fejn issibha.

Qabel ma tidħol aħseb mnejn toħroġ.
Qabel ma tintriga b’xi biċċa xogħol, ara li tkun kapaċi toħroġ minnha jekk jinqala’ xi ħaġa.
Qabel ma timxi ara fejn tmidd sieqek.
Oqgħod attent f’dak li tagħmel biex ma tkorrix.
Qabel taqta’ qis u erġa’ qis.
Qis il-konsegwenzi sew - u aktar minn darba - qabel ma tieħu xi deċiżjoni jew riskju.
Qatt tagħmel ħaġa tiegħek qabel ma tkun.
Titwebbilx li se jkollok xi ħaġa qabel ma tassew tiksibha.
Qatt tgħajjat rebħa qabel il-ħaġa tkun lesta.

Qatt tgħid tiegħek il-ħlewwa qabel ma tkun ġewwa.
Titwebbilx li se jkollok xi ħaġa qabel ma tassew tiksibha, bħal meta l-bidwi m’għandu garanzija ta’ xejn qabel ma jaħsad l-uċuħ tar-raba’ minħabba maltemp, vendikazzjonijiet, eċċ.
Qatt tkakki fejn ixxommu.
Tagħmilx affarijiet ħżiena fejn taf li se tinqabad jew jarak min jafek, għax tbati l-konsegwenzi fit-tul.
Qatt tqiegħed il-bajd kollu f’bixkilla waħda.
Ir-riskji li tieħu (finanzjarji, eċċ.) jew l-isforzi li tagħmel m’għandhomx imorru fuq ħaġa waħda. Dan biex jekk ħaġa waħda partikolari tmur ħażin, l-affarijiet l-oħra ma jkun ġralhom xejn.
Min jobżoq għas-sema jiġi f’wiċċu.
Min jipprova jagħmel xi vendikazzjoni jew ipattiha lil xi ħadd, jispiċċa jbati hu stess.
Qis mitt darba u aqta’ darba.
Aħsibha u omgħodha sew qabel tieħu deċiżjoni għax darba għandek ċans.
Min ma jagħtikx fastidju la tagħtihx.
Min iħallik xi kwietek, ħallih bi kwietu.
Sewa ta’ xemgħa biex qala’ xebgħa.
Ipprova jsolvi kunflitt u minflok spiċċa qalagħha hu.
Ta’ bla ħsieb jirnexxi.
L-affarijiet għandhom ħabta jirnexxu iżjed meta ma tkunx ippjanajthom minn qabel.
Tafdax biex ma tħallilx.
Tafdax iżżejjed biex lil dak li jkun ma ttihx l-opportunità jisirqek.
Tafdax lilek innifsek aħseb u ara lin-nies.
M’għandekx tafda lilek innifsek, u wisq inqas m’għandek tafda lill-oħrajn.
Tagħlaqx il-bieb tal-istalla meta ż-żiemel ikun ħarab.
Tiħux azzjoni meta jkun tard wisq, aħsiblu minn qabel.
Tagħmilx il-ħaġa tiegħek qabel ma tkun f’idek.

Tagħmilx zalza qabel ma taqbad il-ħut.

Taħseb ħasba u toħroġ għażba.
Minkejja li tkun għamilt minn kollox biex l-affarijiet imorru kif tixtieq, mhux dejjem l-affarijiet jirnexxu. Ħasba tfisser pjan u għażba tfisser imdejjaq.
Tagħmilx aktar milli tiflaħ.
M’għandek qatt tagħmel aktar xogħol jew taċċetta responsabbiltajiet aktar milli tiflaħ, għax ma tleħħaqx u tagħmel ħsara lil saħħtek.
Min jobżoqha jkollu jilgħaqha.
Kulħadd huwa responsabbli ta’ dak li jgħid, veru jew mhux.
Temminx kulma tisma’, tarax kulma juruk.
Uża moħħok u asal waħdek għall-konklużjonijiet tiegħek, tħallix lil min jinfluwenzak.
Temminx kulma tisma’, tgħidx kulma taħseb u turix kulma taf.
Uża moħħok u asal waħdek għall‑konklużjonijiet tiegħek, tħallix lil min jinfluwenzak u tippruvax timpressjona.
Terfax aktar milli tiflaħ.

Min jaqta’ qalbu jmut.
Dejjem għandek tippersevera u tagħmel kuraġġ, għax inkella tispiċċa ħażin.
Min jittarraf jiġġarraf.
Min imur ifittex il-periklu jew l-inkwiet malajr isibu.
Min ma jkellmekx tkellmux.

Qatt ma għandek tmidd saqajk barra mill-friex.

Tgħallem dejjem spejjeż ta’ ħaddieħor.
Osserva l-iżbalji li jagħmel ħaddieħor u tgħallem minnhom, ħalli ma tbatix inti.
Tgħallem spejjeż tiegħek.
Titgħallem l-aktar mill-esperjenzi li tgħaddi minnhom, biex ma terġax tagħmel l-istess żbalji.
Qatt tikxef għommtok man-nies.
Tmurx tgħid lin-nies bil-problemi tiegħek għax tispiċċa fi lsienhom.
Tgħidx minn dan l-ilma ma nixrobx.
Titkaża b’ħadd għax għada tkun int li tagħmel dak li qed titkaża bih illum. Bl‑istess mod, tiksirha minn ma’ ħadd għax ma tafx min għad tiġi bżonn.
Tgħidx tiegħek il-ħlewwa qabel ma tkun ġewwa.

Oqgħod attent li ma jkollokx tilgħaq dak li tobżoq.

Tgħoddx il-flieles qabel ma jfaqqsu.

Tiegħu kulħadd irid jagħmlu.
Il-bluha taż-żgħożija kulħadd irid jgħaddi minnha.
La tixtrix ħut fil-baħar.
Tħallasx flus qabel ma tara l-oġġett f’idejk.
Tindukrax ħut bil-qattus.

Tinfaxxax rasek qabel ma taqsamha.
Ħaġa qatt tagħmilha fatta qabel ma tiġri tassew.
Twaqqafx l-għarix wara li jeħdulek il-bħajra.
Tiħux azzjoni meta jkun tard wisq, aħsiblu minn qabel. Bħajra tirreferi għall-bettieħ u għarix tfisser kmajra.
Rajt ma rajtx u smajt ma smajtx.
Dak li rajt u smajt żommu għalik u tgħid xejn lil ħadd biex ma tidħolx f’inkwiet.
Tippruvax tqabbad idek mal-ħġieġ.
Tgħidx affarijiet li wara jkunu jistgħu jintużaw kontrik.
Tiddinx qabel jisbaħ.

Tibkix il-mejjet qabel ma jmut.

Torbotx rasek qabel ma taqsamha.

Toqgħodx fuq il-għatba u tistrieħx fuq senduq.
Qis li jkollok il-flus tiegħek u l-proprjetà tiegħek, biex ma tiddependix fuq ta’ ħaddieħor.
Trid tqis u terġa’ tqis qabel ma tagħmel ħaġa.
Aħsibha u omgħodha sew qabel tieħu deċiżjoni.
Tislifx iċ-ċavetta lil ħabibek għax ftit ftit jisraqlek lil għażiżek.
Tagħtix kunfidenzi żejda għax jirvinaw l-għaqda tal-familja. Għażiżek tfisser il-persuna li tkun tħobb.
Tistenniex li timrad biex tmur tiddewwa.
Il-ħażin li jista’ jsir ħu ħsieb u ilqagħlu minn qabel, minflok tistenna li jseħħ u tipprova ssewwih.
Xufftejn li jpespsu mat-triq ibża’ u erġa’ ibża’ minnhom għax jafu jaħdmulek irqiq.
Attent minn min jiġi joqgħod iqasqas miegħek fuq dak u fuq l-ieħor peress li jkollu intenzjonijiet ħżiena f’moħħu. Jaħdimlek irqiq tfisser jidħollok fin fin.
kategorija
il-prudenza
Aħseb dejjem x’jiġi wara.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.