Il-qadim irnexxielu jegħleb l-isfidi matul iż-żmien u allura ta’ min joqgħod fuqu.
kategorija
iż-żmien
Agħar hu minn zokk tal-fiġel li aktar ma jikber aktar jixraf.
Aktar ma jixjieħ, aktar imur għall-agħar.
Aħjar tard inkella qatt.
L-aqwa li tasal fejn trid, anke jekk tasal tard.
Akbar minnek b’jum, għeref minnek sena.
Min għandu iżjed żmien minnek dejjem ser ikollu iżjed esperjenza tal-ħajja.
Akbar sena, aktar mitt sena.

Aktar ma tikber, aktar titgħallem.
Il-bniedem jitgħallem bit-tiġrib tal-ħajja.
Alwett bil-gziez, xita bil-qliel.
Kollox għandu żmienu. L-alwett huwa tip ta’ għasfur u joħroġ fit-temp milwiem.
Approfitta ruħek miż-żmien.
Taħlix żmien, użah tajjeb.
Biġġel għax iż-żmien ibiddel.
Jekk tittratta lil ta’ madwarek ħażin, għad jiġi żmien fejn huma jittrattawk ħażin. Biġġel tfisser irrispetta.
Bikja u maħta u kollox imur fis-saħta.
Ħajjet il-bniedem qasira ħafna u mimlija tbatija. Fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd imut u jintesa.
Bil-mod il-mod tasal.
Biż-żmien kollox jasal.
Bil-qajla l-qajla ssir il-bqajla.
Biż-żmien kollox isir.
Bil-qatra l-qatra timtela l-ġarra.
Biż-żmien kollox isir.
Bis-sabar u biż-żmien kollox jasal fit-tmiem.
Bil-paċenzja u ż-żmien kollox jasal u jispiċċa.
Biż-żmien issir iż-żorba.
Biż-żmien nixjieħu u nitilfu saħħitna.
Biż-żmien kollox jintesa.
L-affarijiet jintesew biż-żmien.
Biż-żmien kollox jissewwa.
L-affarijiet jitranġaw biż-żmien.
Dak li f’qalb ix-xiħ iredden bih.
L-anzjani taqbadhom ħafna nostalġija meta jiftakru fl-imgħoddi, għalhekk dejjem isemmuh.
Dak li ma sarx f’mitt sena mhux se tagħmlu f’jum.
Biex issir xi ħaġa hemm bżonn taż-żmien u l-paċenzja, ma tistax tagħmilha malajr biex teħles.
Dan mhu xejn, il-kbir għadu ġej.
Dak li għaddejjin minnu issa mhux gravi daqs dak li hemm jistenniena fil-futur.
Aktar ma nikbru, aktar noqorbu.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar noqorbu lejn il-mewt.
Daqqa bajda u daqqa sewda, u ż-żmien għaddej.
L-affarijiet ġieli jiġu tajbin u ġieli jiġu ħżiena, iżda l-ħajja tkompli u ż-żmien jgħaddi.
Darbtejn insiru tfal.
Meta tixjieħ u titlef saħħtek tispiċċa tiddependi fuq ħaddieħor, bħat-tfal.
Faddal għal meta tixjieħ.
Faddal il-flus biex la tirtira ssibhom.
Fejn hu żmienek, ja ħerba? Dari mdawra bil-lellux.
Iż-żmien jistieden il-ħerba f’darna u jxejjaħna.
Fid-dinja idħaq għax jiġi żmien meta ma tistax.
Idħaq u fittex li tkun kuntent meta tista’ għax il-ħajja qasira.
Fid-dinja kollox jgħaddi.
Iż-żmien itaffi l-uġigħ u jnessihulna.
Fl-aħħar mill-aħħar kollox iddur għalih il-kamla.
Iż-żmien kollox jispiċċa jeqred, bħall-kamla.
Frotta misjura ruħha fi snienha.
Bħal frotta misjura li tkun waslet biex titħassar, il-ħajja tax-xiħ tkun waslet fl-aħħar.
Ftakar fl-imgħoddi u aħseb f’li ġej.
Tgħallem mill-iżbalji li għamilt fil-passat biex ma terġax tagħmilhom fil-futur.
Għaddew is-snin minn fuqek, issa fik jirgħa l-bebbux.
Is-sbuħija ta’ meta tkun għadek żagħżugħ(a) mhix eterna, irridu nixjieħu u nikriehu.
Ir-raġel kif iħossu, u l-mara kif turihom.
Tibqa’ żagħżugħ biss jekk iżżomm ruħek u jkollok perspettiva tajba tal-ħajja.
Għalina l-Għid il-Kbir meta missierna jidboħ il-ħanżir.
Biż-żmien kollox jasal. Jidboħ tfisser joqtol.
Għax-xiħa taħdit u l-imgħażel.
Dari n-nisa xjuħ ma kellhomx biex jedhew ħlief fil-paroli u fl-insiġ. L-imgħażel huwa għodda għall-insiġ.
Għix bil-mod u tgħix ħafna.
Min il-ħin kollu jiġri u għandu x’jagħmel, ħajtu tgħaddi malajr.
Ħadt il-ġmiel, il-flus u ż-żgħożija u ma baqagħlix ħlief l-inxiefa u l-kruhija.
Iż-żmien kollox jeħdilna bil-mod il-mod.
Ħares lejn snieni u eħlisni kmieni.
L-anzjani għandhom jinqdew qabel ħaddieħor, ħabba li saħħithom hija iżjed fraġli.
Iġġorr, iġġorr, iġġorr sakemm il-bajda ttorr.
Xejn ma jsir f’daqqa, kollox irid iż-żmien tiegħu. Ittorr tfisser tbid.
Ilbieraħ imiss mal-lum.
Iż-żmien malajr jgħaddi.
Il-bniedem dejjem jibki lill-warrani.
In-nostalġija ġġiegħel lill-bniedem jara l-passat isbaħ mill-preżent.
Il-bniedem jikber u l-qalb tiċkien.
Aktar kemm nixjieħu, aktar inħossuhom l-emozzjonijiet.
Il-ħmar ix-xiħ issa jorqos u issa jistrieħ.
Meta nixjieħu nibdew nimirdu iżjed u nitilfu saħħitna. Jorqos tfisser izappap.
Il-logħob għat-tfal u l-ħatar għax-xiħ.
Kull fażi tal-ħajja għandha tagħha, meta nkunu tfal narmu s-saħħa nilagħbu u meta nixjieħu mmajnaw. Ħatar huwa bastun.
Il-musmar il-ġdid jaqla’ l-qadim.
Biż-żmien, il-ġdid dejjem jieħu post il-qadim.
Insa l-warrani u aħseb f’li ġej.
Li ġara fil-passat tagħtix kasu iżjed, u aħseb fil-futur minflok.
Is-snin bħall-aħwa, ma jixxibhux.
M’hemmx sena bħall-oħra, il-ħajja dejjem toffrilna l-ġdid.
Itwal iż-żmien miz-zalzett.
Il-ħajja twila u tagħtik ċans tirmedja għall-iżbalji.
Ixjeħ m’aħna, itqal qantarna.
Fil-ħajja l-ħin kollu ġġarrab, u fi xjuħitna dan it-tiġrib ikompli dejjem jiżdied.
Iż-żagħżugħ iferrħek u x-xiħ idejqek.
Iż-żgħażagħ iġibu magħhom il-ferħ għax għadhom fil-bidu ta’ ħajjithom, filwaqt li x-xjuħ iġibu d-dwejjaq għax ikunu waslu fl-aħħar ta’ ħajjithom. Sens ieħor huwa li l-ġdid dejjem jogħġobna iżjed mill-qadim.
Iż-żagħżugħ iġennen u x-xiħ idellel.
Iż-żgħażagħ jiġġennu wara xulxin u jiddrammatizzaw, iżda l-anzjani huma iżjed galbati minħabba t-tiġrib tal-ħajja. Il-verb dellel ifisser li tittratta lil xi ħadd tajjeb ħafna.
Iż-żejt min jaħarqu u min jieklu.
Bħalma hawn min jaħraq (= jaħli) iż-żejt u min jużah (= jieklu), hawn min juża l-ħin tajjeb u hawn min jaħlih.
Iż-żgħar jaħsbu li x-xjuħ boloh u x-xjuħ jafu li ż-żgħar boloh.
Iż-żgħażagħ jitqarrqu għax jaħsbu li l-anzjani boloh, iżda l-anzjani jafu biċ-ċert li ż-żgħażagħ boloh għax daqshom kienu xi darba.
Iż-żmien gerbiebi.
Iż-żmien malajr jgħaddi.
Il-ħin jgħaddi u l-mewt toqrob.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar toqrob il-mewt.
Iż-żmien għaddej u dejjem taħseb f’li ġej.
Meta tgħaddi minn ħaġa għal oħra l-ħin kollu, iż-żmien malajr jgħaddi.
Għalhekk l-għaġuża ma tridx tmut, għax aktar ma tikber iżjed titgħallem.
M’hemmx età għat-tagħlim. Għaġuża hija mara xiħa.
Iż-żmien għama minn għajnu u trux minn widintu; daqqa hekk u oħra hekk.
Il-bidliet li ż-żmien iġibilna f’ħajjitna mhumiex dejjem faċli.
Iż-żmien għażiż u ma jinxtarax.
Jeħtieġ li ż-żmien tużah tajjeb, għax ma jerġax jiġi lura.
Iż-żmien isajjar il-bajtar.
L-affarijiet jimmaturaw biż-żmien.
Iż-żmien isejjel il-ħajja.
Ħajjitna mislufa, mhix għal dejjem. Isejjel tfisser idejjen.
Iż-żmien itaffi.
Iż-żmien itaffi l-weġgħat tal-passat.
Iż-żwieġ rabta bl-ilsien li ma jħollha ebda żmien.
Ir-rabta taż-żwieġ tinħall biss bil-mewt.
Iż-żmien itul u l-ħsieb idur.
Ċerti fehmiet u drawwiet jinbidlu maż-żmien.
Iż-żmien itul u l-qrun idur.

Iż-żmien jagħmel is-susa.
Biż-żmien kollox jispiċċa.
Iż-żmien jagħti parir.
Biż-żmien tkun taf aħjar x’deċiżjoni għandek tieħu.
Iż-żmien jgħaddi u jnessi.
Iż-żmien itaffi l-weġgħat tal-passat.
Iż-żmien jgħaddi u l-għomor jonqos.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar tiqsar ħajjitna.
Iż-żmien jiekol sas-snien.
Biż-żmien kollox jispiċċa.
Mara sabiħa tal-għoxrin ġmielha jibqa’, u għal raġel issir seħer tal-ħamsin.
Mara tkompli tikber u tisbieħ bl-esperjenza tal-ħajja.
Iż-żmien jiġri fuq id-debba.
Iż-żmien malajr jgħaddi.
Iż-żmien jitwal, min filgħodu jbakkar u filgħaxija jwaħħar.
Min iqum filgħodu kmieni u jidħol jorqod tard jirnexxilu jagħmel iżjed affarijiet.
Iż-żmien kollox itemm.
Biż-żmien kollox jispiċċa.
Iż-żmien l-aqwa galantom.

Iż-żmien li għaddej xi drabi aħjar milli ġej.
Aħjar dan iż-żmien li fih taf x’qed jiġri, miż-żmien li għadu ġej u li ma tafx x’se jsarraf.
Iż-żmien li titlef ma terġax iġġibu.

Iż-żmien lil ħadd ma jkellem u jgħaddi bla ma jsellem.
Lanqas biss nindunaw kemm itir iż-żmien.
Iż-żmien lil ħadd ma jkellem, jgħaddi ħiemed bla jitkellem.

Iż-żmien ma jaħfirha lil ħadd.

Iż-żmien ma jistenna lil ħadd.

Jeħtieġ immorru maż-żmien.
Iż-żminijiet jinbidlu u jeħtieġ nadattaw għalihom.
Jekk il-qaħba tkun xaħxeħija għaliha m’hemmx xjuħija.
Iż-żmien bħal donnu ma jilħaqx lill-prostituti li jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Qawl li jfisser ukoll li l-ħażin dejjem isib modi kif jibqa’ jgawdi, għax moħħu jilħaqlu.
Kien ilbieraħ u kien l-ewliemes, iżda llum hu ġewwa d-dwiemes.
Il-ħajja qasira ħafna għax għexnieha lbieraħ u ta’ qabel (= l-ewliemes), illum waslet il-mewt u ninsabu fl-oqbra (= id-dwiemes).
Kull jum jitrod l-ieħor u ġimgħa titrod l-oħra.
Iż-żmien malajr jgħaddi. Jitrod, mill-verb tarad, tfisser isegwi.
Kull jum jitrod wara l-ieħor u jgħaddu l-ġmiegħ u s-snin.
Iż-żmien malajr jgħaddi. Jitrod, mill-verb tarad, tfisser isegwi. Ġmiegħ tfisser ġimgħat.
La għandek iż-żmien taħlihx.
Qis li ż-żmien tużah tajjeb.
Kliem ix-xiħ meħud mill-qiegħ.
Agħti widen lill-anzjani, il-pariri tagħhom imsejsa fuq l-esperjenza tal-ħajja.
La ż-żmien itul il-qrun idur.

Meta nikbru ninsew x’konna.
Meta nilħqu jew navvanzaw fil-karriera, ninsew minn fejn konna bdejna, bl-istess mod li meta nixjieħu ninsew li xi darba konna żgħar.
L-għaqal bin iż-żmien.
It-tiġrib tal-ħajja jagħmilna iżjed għaqlija.
Li għadda nafuh, li ġej nobsruh.
Ma tkunx taf eżatt x’ser jiġri fil-futur.
Li ma jiġrix f’sena jiġri f’siegħa.
Diffiċli tbassar dak li għad jiġri fil-futur.
L-imgħoddi nsieh, li ġej ftakar fih.
Tgħallem mill-iżbalji li għamilt fil-passat u ara li ma terġax tagħmilhom fil-futur.
L-inbid ħalib ix-xjuħ.
Ix-xjuħ iħobbuh ħafna l-inbid.
Mal-kwaranta jibda jittanta.
Malli tagħlaq erbgħin sena jibda jinqala’ minn kollox: uġigħ, mard, kumplikazzjonijiet u stramberiji oħra li qabel ma kontx tħoss.
Mard il-kobor m’hemmx duwa għalih.
Ix-xjuħija ma tistax tfejjaqha.
Marret is-sena u l-ġdida għoddha mibdija, niżżu ħajr lil Alla u r-risq u l-barka lil kulħadd.
Inroddu ħajr lil Alla għas-sena li għaddiet u għas-sena li ġejja.
Maż-żmien kollox jeqdiem.
Xejn ma jibqa’ ġdid biż-żmien.
Meta ħaġa ttul ixxebba’.
L-affarijiet iġġebbidhomx bla bżonn, eħlishom.
Meta jkollok erbgħin sena jinqalagħlek qarn kull sena.
Malli tagħlaq l-erbgħin, kull sena tinqala’ xi problema ta’ saħħa.
Meta ż-żmien itul il-ħsieb idur.

M’hawn xejn ġdid taħt il-kappa tax-xemx.
Iż-żmien jgħaddi iżda ċ-ċiklu tad-dinja dejjem l-istess jibqa’.
Min għandu ħafna ġid jista’ jiżdiedlu, min għandu ftit jista’ jonqsu, iżda l-għomor jonqos żgur lit-tnejn.
Ikollok kemm ikollok flus, il-mewt ma jirbħilha ħadd.
Min għandu ż-żmien ma jitlifx żmien.
Meta jkollok il-ħin liberu użah tajjeb.
Min jagħlaq l-erbgħin sena, jinqalagħlu qarn kull sena.

Min jikber wisq ma jsir jiswa għal xejn.
Meta l-bniedem jixjieħ ħafna, ma jsir kapaċi jagħmel xejn għax ikun tilef saħħtu wisq.
Min jistenna jithenna.
Min jieħu paċenzja u jkun galbat, ikun ippremjat b’dak li jixtieq.
Min jitgħażżen f’żgħożitu jbati fi xjuħitu.
Min ikun għażżien f’żgħożitu jbati l-konsegwenzi fi xjuħitu, għax ma jkunx jiflaħ jaħdem u ma jkun faddal xejn.
Min jitlef snienu jitlef żmienu.
Dak li jaqgħulu snienu jidher iżjed fih iż-żmien.
Min jixjieħ jerġa’ jsir tifel.
Meta tixjieħ u titlef saħħtek u s-sens tar-raġuni tispiċċa tiddependi fuq ħaddieħor, bħat-tfal.
Min jixjieħ jibda jitlef ir-riħ.
Meta tixjieħ titlef saħħtek u s-sens tar-raġuni.
Min ma jismax minn min hu akbar minnu l-hemm jhemmu.
Agħti widen lil min hu ikbar minnek, il-pariri tiegħu msejsa fuq l-esperjenza tal-ħajja. L-hemm jhemmu tfisser li l-għawġ jinkwetah.
Minn dak iż-żmien sireġ u bired.
Laħqu ġraw ħafna affarijiet minn dak iż-żmien ’l hawn.
Moħħ il-bniedem arloġġ.
Biż-żmien moħħna ma jibqax tajjeb daqs kemm ikun tajjeb f’żgħożitna.
Nannu xiħ bil‑kabozza u d-dulliegħ.
Meta raġel jixjieħ ma jagħmel xejn utli, ħlief jissaħħan bil‑kabozza (għamla ta’ kowt) u joqgħod id‑dar jiekol.
Sakemm raġel għadu jiflaħ qatta tiben, ikun għadu kapaċi jagħmel tifel.
Sakemm raġel ikun għadu f’saħħtu, anke ta’ ċerta età, dan ikun kapaċi jnissel tarbija.
Nannu xiħ bil-kabozza u l-muftieħ.
Meta raġel jixjieħ ma jagħmel xejn utli, ħlief jissaħħan bil-kabozza (għamla ta’ kowt) u joqgħod id-dar.
Qaħba xaħxeħija ma għandha qatt xjuħija.
Iż-żmien bħal donnu ma jilħaqx lill-prostituti li jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Xaħxeħija tfisser li tgħix ħajja ta’ lussu. Qawl li jfisser ukoll li l-ħażin dejjem isib modi kif jibqa’ jgawdi, għax moħħu jilħaqlu.
Qajla qajla ssibha l-bqajla.
Ċerti affarijiet jeħtieġ li jsiru bil-mod biex isiru sew. Bqajla tfisser spinaċi.
Awwissu la tarah u lanqas tmissu.
F’Awwissu kulħadd ikun bil-vaganzi u jgħaddi bħal ħolma.
Qattus xieref għidlu: “Kixx!”
Wieħed għandu joqgħod attent minn min għandu iżjed żmien u esperjenza, għax japprofitta ruħu minn min hu iżgħar.
Ta’ dari ma baqa’ lanqas ward fil-qsari.
Id-drawwiet u l-użanzi ta’ kull soċjetà jinbidlu biż-żmien.
Qattus xieref ġurdien tari jfittex.

Min jidħaq l-aħħar jidħaq l-aħjar.
Il-verità dwar min tassew kellu raġun jew suċċess toħroġ wara li jgħaddi ż-żmien, minkejja d-diffikultajiet tal-bidu.
Tifel, żagħżugħ jew xiħ, id-dinja xorta ddur għalih.
L-irġiel ħajjithom kollha iżjed liberi min-nisa.
Skont iż-żmien immorru miegħu.
Dejjem għandna nadattaw u nimxu maż-żmien.
Ta’ ħamsin kaħħlu u ta’ sittin daħħlu fil-ħajt.
Akar kemm nikbru fl-età, aktar niżmagaw.
Tal-imgħoddi għandna l-fakar, ta’ li ġej ma għandna xejn.
Id‑drawwiet u l‑użanzi ta’ kull soċjetà jinbidlu biż‑żmien. Fakar tfisser memorja.
Tikber u tinsa.
Iż-żmien inessina l-affarijiet koroh li jiġru fil-ħajja.
Tikber u titgħallem.
Nitgħallmu ħafna affarijiet biż-żmien.
L-aħħar tas-sena lil kulħadd jalla ġid u hena.
Fl-aħħar tas-sena nawguraw lil kulħadd ġid u hena għas-sena li jmiss.
Wara l-ħamsin il-mara tibda tidbiel.
Iż-żmien jidher iżjed fin-nisa wara li jagħlqu l-ħamsin sena.
Wara t-tfulija tiġi ż-żgħożija.
Iż-żmien jgħaddi u t-tfal malajr isiru żgħażagħ.
Wara x-xjuħija l-għaġeż.
Meta x-xjuħ isiru għakka, l-età tkun kagħbrithom wisq u ma jkunu jifilħu jagħmlu xejn.
Wara dan ix-xahar jidħol ieħor u jekk ma jsibx lilna, isib lil ħaddieħor.
Iż-żmien jgħaddi u l-mewt dejjem taħtaf lil xi ħadd, jekk mhux lilna lil xi ħadd madwarna.
Wieħed xiħ bewsa ta’ mara ma tagħmilx bih.
Ix-xiħ ma tagħmilx li trid bih, lanqas mara seduċenti.
Wara ż-żriegħ jiġi l-inbiet u wara dan il-ħsad.
L-agrikoltura għandha ċ-ċiklu tagħha: l-ewwel tiżra’, imbagħad tistenna ż-żerriegħa tinbet u wara taħsad li tkun kabbart.
Xiħ kemm hu xiħ, kien hu ta’ żmien il-miżwed, il-bajda dejjem ittih.
Superstizzjoni li raġel li jitwieled f’Marzu (żmien il-ful) jibqa’ fertili sa xjuħitu.
X’rajna nafuh, x’għad naraw nobsruh.
Il-passat għadda u rajnieh, il-futur għadu ġej u ma nafux x’hemm jistenniena fih.
kategorija
iż-żmien
Il-qadim żomm miegħu.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.