Bis-saħħa tal-mara bieżla li tieħu ħsieb, il-familja tgħix kuntenta.
Mara bla żaqq bħal tieġ bla daqq.
Xi wħud mill-qwiel b’rabta man-nisa u l-irġiel jagħtuna perspettiva antikwata tar-rwoli tagħhom fis-soċjetà, u ma jirriflettux neċessarjament il-valuri moderni. Ħudhom għaldaqstant minn lenti storika. Apprezza r-rikkezza lingwistika u kulturali waqt li żżomm f’moħħok li ż-żminijiet u l-attitudnijiet inbidlu.
Mara mfettħa, boxxla mbettħa.
Mara għandha tpoġġi bilqiegħda b’saqajha miġburin. Boxxla mbettħa tirreferi għall-bieb tal-antiporta, li jkun miftuħ.
Meta titwieled tifla, l-ixkupa tieħu qatgħa.
Fl-antik it-tfajliet u n-nisa kienu ddestinati għal ħajja ta' xogħol tad-dar.
Mara sabiħa, id-dota ġewwa.
Mara sabiħa dejjem issib min iridha.
L-għaqal sabiħ fuq id-debba, aħseb u ara fuq ix-xebba.
Tfajla għandha ġġib ruħha b'mod onest u tkun bil-għaqal biex tevita l-problemi.
Kerha fin-nieqa, sbejħa fit-tieqa.
Meta tifla timmatura u ssir żagħżugħa, kapaċi tisbieħ.
Ir-raġel ma jinsiehx raġel għax miżżewweġ.
Iż-żwieġ ma jibdilx il-karattru tan-nies.
Il-mara armla tqabbad ʼl uliedha jħufu fir-ramla.
Wara l-mewt tal-missier, il-familji kienu jbatu ħafna. Iħufu fis-sens ta’ jfittxu l-ikel.
Il-mara tgħabbi daqs bagħal, ir-raġel jimla daqs għar.
Sabiex il-mara jkollha x’tonfoq, ir-raġel irid ibati f’xogħlu.
Ir-raġel kif iħossu, u l-mara kif turihom.
Tibqa’ żagħżugħ biss jekk iżżomm ruħek u jkollok perspettiva tajba tal-ħajja.
Il-kliem żejjed ħallih għan-nisa.
Tgħid xejn bla bżonn.
Mara tibki temminhiex.
Il-mara tkun lesta tqarraq bir-raġel f’kull ħin.
Il-mara tilbes minn rasha u r-raġel minn saqajh.
Qawl inkejjuż: ir-raġel aqwa mill-mara!
Il-mara tqila tirbaħ il-għażż u titlef il-ħila.
Hemm bżonn li mara tqila tistrieħ u mhux taħdem.
L-iben kif trabbih u l-missier kif iddarrih.
Il-mara trid iddarri r-raġel mod ieħor min kif kien jagħmel għand ommu, u t-tfal jikbru skont kif trabbihom.
Mara għajnejha żoroq issaħħar it-toroq.
L-irġiel jiġġennu wara n-nisa b’għajnejhom blu.
In-nisa kollha fisa.
In-nisa jgħidu ħafna u ma tistax tafdahom.
Ix-xebba li tiekol fit-triq ma ssibx tiżżewweġ.
Superstizzjoni: dari kienu jemmnu li xebba li tiekol fit-triq hija vulgari u b'hekk ħadd ma jkun irid jaf biha.
Ladarba tiżżiegħeb il-qarn agħmlu tad-deheb.
Jekk se tipprostitwixxi ruħek (= tiżżiegħeb), aqla' flus kemm tiflaħ.
Mara tibki temminhiex.
Il-mara tkun lesta tqarraq bir-raġel f’kull ħin.
Mara mfettħa, boxxla mbettħa.
Mara għandha tpoġġi bilqiegħda b’saqajha miġburin. Boxxla mbettħa tirreferi għall-bieb tal-antiporta, li jkun miftuħ.